Il-ministeri tal-partiti

Min għandu professjoni s-soltu jiddedika ħinu kollu għall-enerġija, riflessjoni u ħsibijiet. Jekk għandek il-washing machine bil-ħsara, u t-technician jaħdem ukoll bħala professur ta’ l-università, irid, qabel kollox, jirranġa l-magna u mhux iħalli nofs xogħol u jmur iwaħħal l-istudenti.
Ministru u segretarju parlamentari ta’ vera ma jiddisponix sekonda waħda lejn il-partit tiegħu. M’għandux jirċievi nies tal-partit fil-ministeru tiegħu.
L-operat tal-ministru huwa fundamentalment lejn il-Pajjiż. Hemm bżonn li jkun projbit ukoll li jmur sal-loki. Tkun ministru u politiku flimkien hija umanament impossibbli. Il-Maltin jistennew li l-ministri jiggvernaw il-Pajjiż u mhux li jiġbru kunsensi għall-pultruni preżenti u futuri.
Il-ministeri għandhom jieqfu jkunu petrol stations tal-voti. Huwa kunflitt ta’ nteress minn fuq sa isfel. Ma tistax isservi Pajjiż u partit.
Min jilħaq ministru għandu jirriżenja temporanjament mill-partit. Jimpenja ruħu full time matul il-mandat. Għad-diċenza tiegħu, jekk għandu, u għalina li nħallsuh sostanzjalment. Illum, jekk tiġina tajba, il-ministri jkunu politiċi part-time, u jieħdu wkoll ta’ l-overtime.
Jagħmlu l-proġetti, jekk tiġina tajba: jlestu sa nofshom u jaqtgħu ż-żigarelli b’isimhom fuq l-irħama wara skoss diskors ta’ tifħir.
Jiftaħar il-ministru. Iħallas il-Poplu.
Il-ministri huma l-uniċi ħaddiema tal-gvern li għadhom jagħmlu li jridu. Il-boss għadu ma qamx!


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home