contact: info@sandrovella.org

Monday, 5 November 2007

Garcon!

Nirċievi e-mail minn għand ġuvni ta’ 19 –il sena li qiegħed jipprepara għall-futur ta’ skjav vera tajjeb. Sab xogħol biex inaqqas l-ispejjeż għall-ġenituri tiegħu.

Iż-żmenijiet inbiddlu tassew mod ieħor: mhumiex il-ġenituri li jagħmlu s-sagrifiċċji għall-uliedhom imma bil-kontra. It-tifel jaħdem daqs bagħal fil-week-ends u l-ġenituri jmorru jixorbu l-inbid fil-bajja ta’ San Ġiljan jitqalbu fl-alka wara li l-bouncer keċċihom mill-Havana.

Jiena nirċievi u jiena nippubblika.

Għażiż Sandro,

Jien kont naħdem waiter fis-sajf u kont naħdem kważi kuljum bil-week-end b’kollox. Iddeċidejt li naħdem dan is-sajf biex ma nkomplix insallab lill-ġenituri bl-ispejjeż personali tiegħi.

Barra minn hekk sibt xogħol biex nibda nfaddal u nixtri karozza wżata biex ikolli biex niġri għax illum karozza tiġi bżonnha żgur.

Għamit tliet xhur naħdem bla waqfien u mis-sajf ma gawdejt xejn. Biex qgħadt iżjed komdu finanzjarjament ma ħriġtx ta’ spiss kif noħroġ fix-xitwa. Iżda ħaġa ta’ l-iskantament fi tliet xhur kull ma qbadt hija paga ta’ Lm300 jew inqas.

Kont part-time vera, imma kont naħdem daqs wieħed full-time għax kien idaħħalni meta jkollu bżonni u għax dejjem ridt jiena apparti r-roaster li kien joħroġ kull ġimgħa.

Jiena student ta’ 19 –il sena u stipendju għandi Lm36 fix-xahar. U minn dawk is-Lm36 għandi Lm16 użu tat-trasport pubbliku fix-xahar u minn Lm36 ma jifdalli kważi xejn.

Dejjem tiegħek,

R.G.


Rajt l-iskjavitù ma tinbidilx

Ibgħat l-esperjenza tiegħek billi tagħfas hawn.

1 Comments:

Anonymous Chrizz said...

AW man mela l-ewwel irid nejdlek li sajt bil-bajt andek u nejdlek li hawn hafna studenti li qedin hafna hazin min dak jien amilt sajf nahdem bhala ''aprentist'' imma kont namel xol iktar mil full timers li kellu mijaw fejn kont u kont nithallas LM80 fix-xahar biss man

07 November 2007 18:49  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home