Azzopardi vs Brzezinski

Il-magna tal-condoms fl-università se tiswa lill-Poplu Malti ħafna flus.
“ Iva, din il-kwistjoni tal-magna tal-condoms fl-Università importanti ħafna f’pajjiżna.
Kwistjoni li hekk kif smajt dwarha laqqajt b’urġenza lit-tim ta’ Xarabank fis-6.00a.m. biex niddiskutu jekk għandniex niddedikaw programm sħiħ dwarha. Ħadna ġurnata niddiskutu u kien hemm min ankì ssuġġerixxa biex nagħmlu żewġ programmi fuqha.
Issa ddeċidejna li nagħmlu seminar ta’ tlett ijiem u nistiednu lill-intellettwali Maltin, speċjalment dawk antropoloġiċi biex jiġu u jitfgħu aktar dawl fuq kwistjoni importanti daqsek. Din kwistjoni li ħalliet lill-Maltin u l-Għawdxin jiddiskutu għal sigħat sħaħ. ”
- Peppi Azzopardi, mill-gazzetta li ma tħares lejn wiċċ ħadd tal-Ħadd, 18 ta’ Novembru 2007, paġna 13.
Bis-saħħa ta’ Peppi Azzopardi, l-antropoloġiċi wara snin universitarji, se jagħtu sehem f’dan il-pajjiż u se jsibu xogħol li l-ħlas tagħhom ikun token biex jieħdu pizza għal tnejn u kors fl-ECDL.
It-ton ta’ l-artiklu u l-kumplament, miktub minn Peppi Azzopardi jidher fiċ-ċar li huwa artiklu ironiku, ftit satiriku u irrealistiku speċjalment meta semma li se jasal sa żewġ programmi. Kien ikun iżjed reali kieku kiteb li n-numru tal-programmi se jaqbżu l-ħamsa.
Wara l-banana u s-sess....kien jonqos il-magna tal-kondoms.
Il-ġurnaliżmu f’dan il-pajjiż miet.
Mika Brzezinski, li tmexxi programm “Morning Joe” ta’ l-istazzjoni Msnbc, uriet li hija ġurnalista ta’ vera u li għalkemm mara: għandha l-bajd dritti mingħajr il-bżonn li tilbes iċ-ċingi.
F’xandira diretta rrifjutat li tagħti bħala l-ewwel aħbar li Paris Hilton inħelset mill-ħabs. Skużat ruħha quddiem tliet miljuni ta’ telespettaturi:
“Nixtieq niskuża ruħi għall-aħbar tal-ftuħ. Jiena nobogħda din l-istorja. Ma nemminx li għandha tkun l-aħbar ewlenija.”
Imbagħad provat taħraq b’lighter: il-karta li fiha kien hemm miktuba l-aħbar. Ma rnexxitx. B’hekk tefgħat il-karta fix-xreder.
Mika saret l-aħbar. Ġurnalista ħielsa huwa event dinji. Bħal Spartakus li jirribella lejn ir-Rumani, Braveheart lejn l-Ingliżi u Harry lejn ir-refuġjati. Miljuni ta’ kuntatti fi ftit sigħat għall- video ta’ Mika fuq YouTube.
Mika għandha bżonn tiġi sa Malta biex tgħallem il-ġurnaliżmu.
L-aħbarijiet ta’ Malta jiġru wara l-politiċi meta jfettillhom jagħmlu żjara u jfaħħru xi kumpanija li se tfalli sentejn oħra. Jitkellmu fuq is-sales, fuq l-antenni u l-mobiles, fuq il-Malta TV Awards, fuq ir-rigali tal-Milied, fuq l-iskandli rari pruvati, fuq kemm jagħmlu suċċess il-banek, fuq il-president tal-banda repubblikana li jattendi xi musical tal-banda ta’ San Filep, fuq kemm huwa ħażin li tifel ta’ erbatax –il sena jġerriħ fuq l-internet....u l-ebda inkjesta dwar l-oriġni tal-cancer, l-effetti tal-breast screening, l-ewro, it-trattat ta’ l-unjoni ewropea, is-siċċità, iż-żejt, l-enerġija alternattiva, l-inċenerituri, l-ingredjenti fit-tilqim, l-oriġni li jistgħu jikkawżaw l-awtiżmu, in-nuqqas ta’ riżorsi għad-dislessija, id-diżinformazzjoni fuq il-flouride u l-AIDS, it-teorija alternattiva ta’ l-attakki tal-11 ta’ Settembru, il-bini ta’ l-ambaxxata amerikana f’Malta, fuq il-politika tal-kmamar tan-nar mingħajr l-għajnuna ta’ Becky......................................
Il-ġurnalisti għandhom jagħmlu pass –il quddiem.
Forsi se jitilfu sormhom minn fuq is-siġġu: imma se jsalvaw wiċċhom.
mill-arkivji :
Sesswoloġija Maltija
L-effett kollaterali tal-banana
Maltarightdown


































1 Comments:
Veru ghanda il guts Mika Brzezinski - u veru missa tigi u tghallem ftit lil maltin xhinu vera ahbarijiet ax dejjem listess!!!
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home