Attenti mill-flouride!

Il-Gonz ifaħħar il-Mater Dei b’argumenti billbordjani u il-Fredu jmaqdar il-Mater Dei b’argumenti eżorċizzanti.
Dawn jiġġieldu bejniethom taparsi jinsulentaw lil xulxin u sadanittant it-tfal imorru l-kindergarten tal-Mater Dei.
Ix-xogħol tal-gvern huwa li jinfurma lill-poplu kif jevita l-isptar u mhux kif l-isptar jevita lill-poplu.
Ix-xogħol ta’ l-oppożizzjoni hija li tinforma lill-ħaddiema li jaħdmu tmien sigħat kuljum bi ftit ħin allokat għall-qari u nformazzjoni, b’dak li l-gvern mhux jagħmel għall-interess tal-poplu.
Eżempju huwa l-flouride. Problema kbira.
Il-flouride huwa kullimkien: fil-ħelu, chewing gums u speċjalment fit-toothpaste. Dan mingħajr ma jgħidulna li huwa tossiku ħafna għall-organiżmu l-iżjed fil-livell psikoloġiku. Fil-fatt hija s-sustanza prinċipali fil-psikofarmaċi.
Pratikament qegħdin naħslu sninna bi prodott li jużaw l-imġienen.
L-imġienen ta' vera huma aħna li nużaw dawn il-prodotti. Il-flouride ma jipproteġix lis-snien imma jżidlek il-ġebla.
Fi New Zealand hemm liġi li huwa llegali li flouride jinbiegħ iżda I. G. Farben u Colgate, b’korruzzjoni, irnexxielhom ibiegħu hemmhekk ukoll.
Il-flouride f’moħħna jsir bħal ħaruf kmandat minn iljun. L-iżjed persuna twajba fid-dinja, għodwa fost l-oħrajn jispiċċa joqtol lill-familja tiegħu.
Jidher li Fredu juża ħafna flouride għax għandu rasu tal-ġebel u l-Gonz isellef il-Colgate tiegħu lil Wistin.
Fredu u Gonz: din il-problema mhijiex logħba.
“Jiena maħsud mill-prospettiva ta’ l-użu ta’ l-ilma bħala mezz tal-farmaċi. Il-flouride huma veleni li jipproduċu effetti serji fi żmien twil. Kull prova li jintuża l-ilma għal dan l-iskop huwa deplorevoli.” – Dr. Charles Gordon Heyd, ex-President ta’ l-American Medical Association .
Xi ħadd javża lill-isqof!
informazzjoni :
No to flouride


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home