X'inhija l-politika?
It-tfal verżjoni YouTube, m'għadhomx jistaqsu minn fejn jiġu t-tfal imma jsaqsu x'inhi l-politika.
Tifel isaqsi lil missieru, "Pa', x'inhija l-politika?"
Il-missier iwieġbu, "Issa wasal il-mument li ngħidlek. Qed tikber u għandek kull dritt li tkun taf. Ibni, ħa nfissirlek x'inhija l-politika bl-eżempji. Jiena li naħdem u nġib il-flus fid-dar jiena l-kapitalista. Ommok li tamministra l-flus li nġib jien, hija l-gvern. Is-seftura tagħna hija l-klassi tal-ħaddiema. Inti li sirt taf titkellem ftit, tirrapreżenta lill-poplu. Oħtok li għada kemm titwieled tirrapreżenta l-futur."
It-tifel imur jorqod, imma fis-2.00a.m. oħtu tqum tibki ħafna għax għamlet koko taħtha. It-tifel imur ifittex lil missieru u ma jsibux u jmur għand ommu u tkeċċih għax kienet mejta bi ngħas. Imur għand is-seftura u jsibha fis-sodda ma' missieru u mbagħad imur fuq oħtu u jgħidilha :
"Issa fhimt sewwa x'inhija l-politika. Il-kapitalisti jaħxu lill-klassi tal-ħaddiema, il-gvern rieqed, il-poplu ħadd ma jisimgħu u l-futur jinsab fil-ħara."


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home