Tilqim bil-bajd

Le, le ma rridx nimpressjona għax dak ta' hemm fuq mhux tiegħi.
Ir-relazzjonijiet pubbliċi tat-tilqim ta' nofs Ottubru ikomplu għaddejin.
In-nisa jagħmlu sigħat twal iħarsu lejn l-ingredjenti ta’ l-ispecial K, ġranet sħaħ iħarsu lejn l-ingredjenti biex jagħmlu kejk u xhur sħaħ lejn l-ingredjenti tal-lipstick.
Imma meta jieħdu lit-tifel jew tifla tagħhom għand it-tabib biex jieħdu t-tilqima ma jsaqsux x’inhuma l-ingredjenti. Importanti josservaw li jekk it-tifel jew huma stess huma allerġiċi għall-bajd huwa mportanti li dik it-tilqima partikolari ma jeħodix għax ħafna tilqim jiġi sintetizzat bl-użu tal-proteini tal-bajd.
Importanti ħafna li ma jittiklux prodotti ta’ annimali minn tliet ijiem qabel u l-anqas tliet ijiem wara t-tilqima. Xejn ħalib, xejn laħam, xejn bajd, u xejn ħut biex fl-istonku jiġu evitati li jqum il-virus tal-bakterji patoġeniċi.
It-tabiba Viera Scheibner għamlet studju u skopriet li t-trabi ankì iżjed minn sitt xhur, li wrew nifs normali sitt ijiem qabel li ħadu t-tilqima, tnax il-ġurnata wara t-tilqima kellhom problemi serji ta’ nifs.
L-istqarrija tgħid li n-nies li jaħdmu fid-diviżjoni tas-saħħa mhux se jħallsu għat-tilqima peress li dejjem ikunu kuntatt mal-pazjenti. L-għalliema? Dawk li jaqbdu x-xarabank? Dawk li ma jaqbdux ix-xarabank? Il-pulizija? Is-suldati? Il-furnara? Il-kenniesa li jimsaħ il-ħara tal-klieb li qatt ma ħadu tilqim? Il-prostituti? Dawk mhux ukoll ikollok kuntatt dirett ma’ nies b’xi mod morda kuljum?
Gonzi jiftaħar li 800 minn ħutna jimlew is-sodod ta' l-isptar San Luqa kuljum!
Hemm bżonn iżjed informazzjoni dwar din it-tilqima u mhux min se jħallas u mhux se jħallas. Meta bniedem jieħu ftit ħaxixa, mhux bl-istess ingredjenti ta’ tletin sena ilu, jħossu stordut għal ftit ħin u jiġi f’postu. Għaliex din it-tilqima għandha l-istess effett primarju?
Id-diviżjoni tas-saħħa jonqoshom radju bi ftit mużika fil-kuriduri tagħhom u jiġu eżatt bħal Paceville.
Fi żmien il-millennium bug ta’ l-avjarja stajt tieħu t-tilqima tax-xitwa u tkopri ż-żewġ viruses. Tħallas wieħed tieħu tnejn. Mat-tilqima tas-soltu tax-xitwa kellek il-bonus. Il-virus tal-pandemja pandemonju kien previst mill-uffiċċju metereoloġiku li kien se jiġi f'pajjizna f'nofs Ottubru, propju meta titfaċċa t-tilqima annwali.
Għaliex in-nies ta’ età iżjed minn 55 sena għandhom it-tilqima bla ħlas?
…………..għax jiffrankawlna il-pensjoni!
Wara seba’ snin ta’ riċerka 'British Medical Journal' ta’ Jannar 2007 jgħid li kien hemm nuqqas kbir tal-mewt ta’ l-anzjani għax ma ġewx imlaqqma u jkompli jgħid li 50% tat-tobba u l-infermiera ma jeħdux din it-tilqima! L-anqas huma m’għandhom fiduċja!
informazzjoni importanti :
Vaccination Hazards
British Medical Journal


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home