Storja ta’ libertà ta’ l-espressjoni
Mela darba, kien hemm programm televiżiv imħallas mill-poplu tal-pajjiż li kien magħruf ħafna għall-innovazzjoni tal-libertà tal-kelma. L-awturi tal-programm ddeċidew li jintegraw mat-teknoloġija ta’ l-informatika u jikkreaw rokna elettronika b’forma ta’ fora fejn kulħadd jista’ jesprimi l-opinjoni tiegħu.
Fil-fatt hekk ġara. Kulħadd beda jesprimi l-opinjoni tiegħu u talli ġara hekk l-awturi tal-programm iddeċiedew li jagħlqu l-fora u taw żmien ta’ tliet ijiem biex il-komunità kbira li tlaħħqet inġabret isibu post ieħor fejn jesprimu ruħhom.
Din il-fora kienet speċi ta’ rigal lill-poplu, bil-kumplimenti ta’ Where’s Everybody? , talli kull ġimgħa jagħtih eluf ta’ liri biex jitgħallmu iżjed fuq is-sess. Imma l-Where’s Everybody? ma felħitx tħallas mhux iżjed minn Lm100 domain u hosting fis-sena u għamlet bħall-gvern: waħlet fil-ħaddiema: l-kontributuri tas-site u għalqet kollox fit-tliet ijiem għax skond bniedem premjat bħala ġurnalist ta' xi sena: web-site fi tliet ijiem tilħaq terġa’ tinbena mentri l-ġdida tagħhom dam jikkrea sitt xhur. Ovvjament, mingħajr il-kummenti tan-nies tiġi isbaħ. Insomma deal u no deal il-forum kellu jiżżarma u twieldet X.com .
X.com hija website magħmula minn nies li għandhom familja b’għaxart itfal u jaħdmu tmien sigħat kuljum xogħol xejn relatat mal-fora. Iqumu sagħtejn qabel ma jmorru għax-xogħol u jaslu d-dar sagħtejn wara li jispiċċaw. Waqt ix-xogħol jikkontrollaw li kulħadd iġib ruħu sew.
Il-web-site ma laħqitx saret fi tliet ijiem imma kissru r-rekord tad-divin li bnew l-arka tagħhom f’inqas minn sebat ijiem. Spejjeż kollox fuqhom u xi riklam ‘l hawn u ‘l hinn.
Is-suċċess ta’ din il-fora ġie rikonoxxut ukoll mill-kreaturi tal-video ta’ Olivia Lewis li rreklamaw f’dan is-sit li huma stess taw bis-sieq. Fil-verità qalgħu bis-sieq huma għax mhumiex parti mill-katina tal-programmi televiżivi. L-uniċi programmi inkatenati ma’ dan is-sit huma Str82dpoint, probabbli tħajjru mill-WE? biex ideffsu s-Super One kemm jistgħu, Realtà u B’Kull Dritt, programmi indipendenti ta’ Smash Television.
Il-libertà ta’ l-espressjoni saret bi ħlas ukoll. U dawk li jibgħatulek rivisti kkuluriti id-dar biex jitolbu parir minn għandek mingħajr bżonn li tħallas il-bolla meta tibgħatilhom lura, dak għax il-gvern juri d-diċenza li ma tħallasx għall-ittra li l-pustier qatt mhu se jwassal.
X.com għandhom it-tendenza li jaqbdu artikli ta’ ġurnalisti, jitfgħuhom fis-site tagħhom, u jikkummentawhom. Sewwa jagħmlu! Dak huwa ġurnaliżmu! Il-ġurnalisti attwali jbiegħu l-aħbar minn ħanut tal-lapsijiet. Il-ġurnalist vera jesprimi.
Il-membri ta’ X.com.mt huma l-ġurnalisti indipendenti ta' kuljum f’Malta. Għax qatt ma qalu li huma.
Biex infakkarkom biss: f’dan is-sit ukoll tistgħu tħallu l-kummenti tagħkom.


































1 Comments:
Actually I thought it would be worse - Vamp
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home