Sesswalità umana

Jiena nirċievi u jiena nippubblika:
Petizzjoni b’appoġġ għall-Ugwaljanza ta’ nies Lesbjani, Gay, Bisesswali u Transesswali f’Malta.
Fl-għatba ta’ l-Elezzjoni Ġenerali li ġejja il-Malta Gay Right Movement qegħda tnedi petizzjoni biex jiġu attribwiti iżjed drittijiet għall-persuni lesbjani, gays, bisesswali u transesswali, u hija xewqa tagħna li dawn li ġejjin ikunu adegwatament indirizzati fl-elezzjoni li jmiss:
1. Rikonoxximent formali tad-drittijiet ta’ koppji li għandhom l-istess sess.
2. Introduzzjoni f’xi artiklu tal-Kodiċi Kriminali dwar omofobija u vjolenza transfobika, u strateġija ċara li tindirizza l-bullying ta’ l-omofobija u t-transofobija fl-iskejjel.
3. Protezzjoni legali kontra diskriminazzjoni fi tqassim ta’ xogħol u servizzi b’riferiment lejn bażi ta’ orjentament sesswali, identità u espressjoni ta’ sesswalità.
4. L-estensjoni formali ta’ l-indirizz tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ Ugwaljanza li jkopru l-livelli ta’ orjentament sesswali, identità sesswali u espressjoni ta’ sesswalità.
5. L-introduzzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ l-hormones għall-persuni transesswali bħala parti mis-servizzi tas-saħħa pubblika.
Tista’ tiffirma l-petizzjoni billi tagħfas hawn.
Nitolbukom tqassmu din il-petizzjoni lil sħabkom kollha u tgħinunha nieħdu l-appoġġ bżonnjuż biex nuru lill-mexxejja tal-politika tagħna li l-ugwaljanzi għall-LGBT (Lesbjani, Gay, Bisesswali u Transesswali) huwa ta’ mportanza għaċ-ċittadini Maltin u għandha bżonn tiġi ndirizzata adegwament.
Tislijiet,
Gabi Calleja
Koordinatriċi
Din il-kitba tixbah ħafna l-karti tal-qorti li nirċievi meta nkun ktibt xi ħaġa li mhux suppost fil-web-site. 10 akkużi li l-maġistrat biex jifhimhom ikollu jerġa’ jibda l-kors tal-liġi b’parkeġġ riservat fl-Università.
Din il-petizzjoni hija ġustifikata. Imma il-punt espliċitu ta’ l-MGRM għandu jkun : -
“L-edukazzjoni mhix qegħda biss biex twassal għal Lufthansa, SmartCity u għas-sess wara ż-żwieġ imma wkoll biex ma twassalx ċuċati iżjed fuq koppji ta’ l-istess sess.”
Is-sentenza ta’ fuq kienet tkun biżżejjed. Il-petizzjoni li ħarġu l-MGRM hija wisq pulita, formali u edukata. Mentri l-imħabba lejn is-sesswalità trid tkun divertenti, klandestina bil-passaport u avventuruża. Il-maledukazzjoni m’hijiex li tkun dirett u xi kultant tgħid xi kelma oxxena. Il-maledukazzjoni hija l-użu ta’ l-edukazzjoni u priedki bix-xinxilli li ma jwasslu għall-imkien ħlief biex titnejjek bin-nies.
Jiena ffirmajt. Firma numru 297.
Il-firma tiegħi hija valida speċjalment għall-ewwel punt. Punt li jirrapreżenta l-bqija tal-punti l-oħra. L-erba’ punti l-oħra huma wisq vagi fejn dak li jkun jista’ jintilef u ma jaqbilx ma’ xi kelma interpretata ħażin u b’hekk jiddeċiedi li ma jiffirmax.
Per eżempju: it-tieni punt. Il-liġi dwar il-bullying hemm qegħda. Ma nafx kif tissemma' imma żgur hemm qegħda għax kieku ma kinetx tinfetaħ il-qorti b’urġenza biex inwerwru tliet itfal. Tal-MGRM talbu li l-kodiċi dwar il-bullying tkun iżjed speċifika. Punt żejjed. Qisek qed tgħid li ddaħħal punt fil-Kodiċi Kriminali li ma jistax isir tipjip ġo bar maġenb omosesswali jew transesswali jew bisesswali.
It-tielet punt:Jekk l-omosesswali jkollhom servizz tajjeb mill-businesses u s-servizzi soċjali ta’ Malta, l-eterosesswali jiftħu petizzjoni għax iħossuhom diskriminati.
Ir-raba’ punt:www.equality.gov.mt – gov.mt – government of malta – church of malta .
Il-ħames punt: Għalija tistgħu tagħmlu li tridu, però ma ntikomx parir li tmorru għand sptar tal-gvern għal dawk it-tip ta’ terapiji u operazzjonijet għax il-Malti jkollu bżonn jiddiskrimina fuq sesswalità ġdida.
L-omosesswali għandhom gwerra. Gwerra bejn l-omosesswali. Gwerra bejn dawk li jilbsu l-libsa t-twila s-sewda u l-ġlekk u l-ingrivata u jaħbu s-sesswalità tagħhom u bejn dawk li huma umli, sempliċi u mwarrbin għax iddeċidew li jiddikjarawha.
Qisek irbaħt il-lotterija. Jekk il-flus li rbaħt tiddikjarahom lill-gvern: se tissogra li titlef kollox.
L-uniku mod biex tippromwovi d-drittijiet tiegħek huwa billi tippromwovi d-drittijiet ta’ l-oħrajn. Jekk il-Gays jibqgħu jaċċettaw li jissejħu Gays u jsejħu lilhom infushom Gays, iċ-ċirku qed jingħalaq iżjed.
Titkellem fuq id-drittijiet omessesswali diġà huwa opprobium lingwistiku. Għax ma teżisitx l-omosesswalità u ma teżistix l-eterosesswalità imma teżisti s-sesswalità umana bla bżonn ta’ unions. B’rispett lejn it-tfal li huma sagri, il-bqija; is-sesswalità hija kultura u kulħadd għandu dritt jgħix il-ħolma tiegħu kif jixtieq. Imma ma tistax tkun ġenwin iżżejjed u taċċetta it-trade mark li tawkom l-oħrajn. Dan huwa l-iżball!
Nistagħġeb kif jibqgħu jkellmu ċertu qassisin u jħalluhom jiddefenduhom. Il-qassisin it-tajbin huma l-agħar! Għax qed jeħdulhom lura dak li apparentement qegħdin ituhom.
Jekk tħossu li għandkom bżonn reliġjon aqiblu buddisti. Il-buddiżmu, li reliġjon ma tantx huwa, f’2,500 sena sal-lum qatt ma kien hemm intolleranzi lejn l-omosesswali.
L-anqas iċ-Ċina ma kien hemm intolleranzi fuq is-sesswalità sakemm b’xi mod fin-nofs daħal missjunarju nisrani.
Biex tiffirma l-petizzjoni favur is-sesswalità umana għafas hawn.
informazzjoni :
Malta Gay Rights Movement


































2 Comments:
Issa ahjar, il-gays iridu hormone treatment b'xejn, u mhux hekk tghid! Le, le u le.
Skond il- KAP ta' l-IRAN .... l-IRAN memmx gays. Min m ajoghgbuhx il gays etc... messu jmur hemm.
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home