contact: info@sandrovella.org

Wednesday, 31 October 2007

Rajt l-iskjavitù ma tinbidilx ( 1 )

Schiavi Moderni huwa ktieb ta’ vuċi ta’ ġenerazzjoni mitlufa. Ktieb ta’ xhieda. Fl-Italja għaddejja gwerra minn taħt kontra ż-żgħażagħ. Paga baxxa. Impjegati għal żmien limitat, ankè għall-week-end wieħed. Bla prospettivi. Jekk iż-żgħażagħ tagħna wara d-diploma, wara l-gradwazzjoni, jsiru skjavi taħt il-liġi, x’futur jista’ jkollha l-Italja?”

sors: www.beppegrillo.it

( L-ewwel parti )

F’Malta, inqalbet is-siegħa għal darb’oħra. Is-siegħa oriġinarjament kienet tinqaleb biex l-enerġija tiġi frankata u biex jintużaw sigħat tax-xogħol tas-sajf u sigħat tax-xogħol tax-xitwa. In-nofs ta’ nhari fis-sajf spiċċaw. Tinbidel is-siegħa imma hemm jibqgħu l-istess ħinijiet tax-xogħol li jdumu sena sħiħa.

Tinqaleb is-siegħa biex tiġi frankata l-enerġija u l-ħaddiem fis-sajf flok igawdi l-baħar jixgħel l-air-condition ta’ l-uffiċċju.

Fis-6.00a.m. il-Malti ma jibqax rieqed u jqum. Iqum mhux biex isemma’ leħnu imma jqum biex imur jaħdem. Il-Malti jqum u jmur jixtri l-ħobż frisk u jgħollilu l-prezz għax il-qamħ qed imur fil-biodiesel. Biex jiffranka l-flus fil-magna tal-karozza. Jipprepara l-ħobż għal break ta’ siegħa u fis-6.50a.m. jaqbad isuq għax-xogħol.

Isib it-triq mimlija karozzi. Xarabank idaħħnu. It-triq li għada kemm tinbena hija magħluqa jew it-triq li kellha titlesta’ sitt xhur ilu għada għaddejja bix-xogħolijiet u jeħel jew ikollu jaqbad triq oħra.

Taxis isuqu bl-addoċċ u vannijiet ta’ l-iskola jiġru biex ilaħħqu mal-ħinijiet ta’ l-istitut. Il-warden iwaqqaf lilu għax ċempillu l-boss fuq il-mobile biex jgħidlu li se jaqtgħalu mill-leave jew mill-paga.

Jasal għax-xogħol ħames minuti tard u l-ġurnata ma tidhirx raġġanti. Imur fuq l-iskrivanija tiegħu u jiftakar kemm kien jirribella meta kien żagħżugħ biex ikollu dritt għall-parkeġġ fl-Università. L-uniku dritt li kien kapaċi jiġġieled għalih.

Waslet is-siegħa t-twila tal-break. Il-ħobż sarlu żibel wara erba’ sigħat u nofs jaħdem u jiddeċiedi li jieħu ftit arja friska barra mix-xogħol u jixtri l-ħobż minn x’imkien ieħor. Sakemm ħareġ, iltaqa’ mal-karozzi u qagħad wara l-kju biex jixtri l-ħobż u dam 25 minuta sakemm kiel, 10 minuti biex kiel u xorob u 10 minuti oħra sakemm mar lura għax-xogħol. Jaf li qabillu jibqa’ fil-post tax-xogħol matul il-break imma ma riedx ipaxxi lill-imgħallem u jaħdem bla ma jitħallas għalkemm flusu spiċċaw fil-konsum tal-petrol sakemm mar jiekol biċċa ħobż u lura.

Jgħaddu t-tmien sigħat xogħol u s-siegħa break u jmur id-dar għajjien. Jasal id-dar 45 minuta wara li spiċċa mix-xogħol ħabba t-traffiku tal-karozzi. Imur jinħasel, jistrieħ, isajjar u jiekol. Siegħa u nofs oħra. Għandu erba’ sigħat għad-dispożizzjoni fejn jiddedikahom għal ħin liberu tiegħu però ftakar li jrid :

1. Iħallas id-dawl għax il-gvern jobbligah juża ż-żejt.

2. Iħallas il-kont tat-telephone għax biex jidħol fuq l-internet f’Malta hija diffiċli.

3. Iħallas il-cable/digital television biex jinforma ruħu għax biex tidħol fuq l-internet f’Malta hija diffiċli.

4. Iħallas ix-xirja globalizzata għax l-agrikoltura Maltija spiċċat f’appartamenti vojta.

5. Iħallas l-Income Tax għax il-VAT mhux biżżejjed.

F’dawk l-erba’ sigħat tal-ħin liberu jmur ifittex part-time u niltaqa’ miegħu jservini tazza ħalib f’kafetterija. U minn tmien sigħat allokati għal raqda u mistrieħ juża ħamsa minnhom.

Dan il-waiter universitarju skopra l-ilma sħun meta xewa jdejh u kisser platt u l-imgħallem part-time ġagħlu jħallas il-platt.

Dan il-waiter universitarju skopra li m’hu rappreżentat minn ħadd fuq l-ebda settur. La qabel imur għax-xogħol. La waqt ix-xogħol. Lanqas wara l-ħin tax-xogħol.

Dan il-waiter tgħallem ħafna suġġetti obbligatorji u kellu jpoġġi għall-eżamijiet tagħhom: Studji Ambjentali, Għarfien Reliġjuż, Xjenza Avvanzata u tgħallem ukoll suġġetti li kellu bżonn għas-sodisfazzjon ta’ ħajtu: Psikoloġija, Soċjoloġija u Filosofija. Kollox għaż-żeta. L-unika raġuni li ma telaqx minn Malta hija li għandu ommu marida minħabba l-istudji ambjentali.

Il-battalja lejn dawk li suppost jirrapreżentawna m’għandhiex tkun dwar in-nisa topless iżda dwar din l-iskjavitù moderna għax b’din l-iskjavitù: topless se jispiċċa kulħadd.

Irrakkonta l-esperjenza tiegħek (anonima u le) bħala ħaddiem jew student billi tibgħat e-mail fuq info@sandrovella.org .

Irrakkonta dwar il-paga. Dwar il-ħinijiet. Dwar il-flessibilità. Dwar dak li l-gvern mhux jaghti każ. Dwar id-drittijiet u r-rispett. Dwar il-paroli fil-vojt. Dwar ix-xogħol innifsu. Dwar iċ-ċertifikati tiegħek u fejn qed jiġu stmati eċċ. eċċ. eċċ.

Insejt ngħidilkom li dan il-waiter huwa miżżewweġ u ferħan ma' mara li tħobbu ħafna u li taħdem. Miżżewġin prattikament separati. Għajnejhom rari jiltaqgħu. Jiltaqgħu saqajhom kesħin meta jkunu fis-sodda.

Familji fis-sod!


Rajt l-iskjavitù ma tinbidilx ( It-tieni parti )

1 Comments:

Anonymous James Cauchi said...

A saddening contribution that thinly veils the grim reality of the situation - where the many are exploited by the few. Yes... I know it only too well.

In a world where individuals lose their identity at the work place, becoming a mere unit of labour of significance in terms of the profitability margin alone... where the best of efforts are rewarded with silence and job warnings are issued on whim... where hire and fire is replacing the old-fashioned, less profitable 'job for life' models... where promises are made but rarely honoured...

...is it a world worth upholding?

On a very different note, it always stuns me that economic factors should hold sway over not only business interests but the entire human population, holding us hostage. They claim that the hour shift is for energy-saving reasons. It never occured to the tycoons that the alternative is to open and close their factories and shops one hour earlier or later. For their convenience they coerced the rest of us to stick with measures introduced for emergency purposes during the two World Wars...

It undoubtedly has a disconcerting effect upon the individual... we are robbed of the ability to truly appreciate an unskewed view of the changes in the seasons... the waxing and waning day-night-time-cycles jarred twice a year by inconsiderate business interests.

Yes... there is something very wrong with the reality that we know... many things actually... and they are not limited to the confines of Malta alone...

Thank you for this thought-provoking article.

01 November 2007 20:45  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home