contact: info@sandrovella.org

Saturday, 13 October 2007

Peppi Azzopardi huwa ġenju!

Kelli fiduċja u xewqa kbira li Kate u Gerry McCann m’għandhom x’jaqsmu xejn ma’ l-istorja ta’ binthom għax jekk għandhom x’jaqsmu, it-tifla m’għadhiex magħna.

Però malli smajt lill-ġurnalist favorit tiegħi jgħid li dawk it-tnejn żgur m’għandhomx x’jaqsmu bdew jiġuni dubji serji. Imma f’parti kellu raġun: “il-ġenturi ta’ McCann żgur m’għandhomx x’jaqsmu.” Għax bis-saħħa ta’ DNA, ftit jiem wara l-programm, ġie skopert li Gerry McCann mhuwiex missierha bioloġikament.

Għaliex sar programm dwar Madeleine McCann? Kull informazzjoni li ngħatat fil-programm li viżwalment sar b’mod professjonali ħafna, flimkien mas-safra ta’ Peppi jiswew ammonti ta’ flus. Imma għaliex dwar Madeleine McCann? Hemm eluf ta’ web-sites li jaġġornaw lill-pubbliku dwar dan il-każ li huma ferm iżjed informattivi minn għoxrin minuta programm. Inħallsu lill-PBS biex jurina affarijiet li naraw meta nħallsu l-Internet.

Meta f’Malta ġew irrapportati l-vistamenti ta’ McCann, il-ġenituri qatt ma ħarsu lejn il-pajjiż bl-ebda mod. Ankè l-ġenituri stess ma marrux fuq Xarabank, meta Peppi ftit xhur qabel is-sajf wiegħed li kien se jġibhom fil-programm. Ankè l-ġenituri raw li Malta u wisq aktar Xarabank m’għandhomx x’jaqsmu u x'jidħlu ma’ dan il-każ.

Imma Peppi ma qatax qalbu. Peppi huwa ġenju! Siefer u wara li ġie lura wettaq trasmissjoni. Sab is-soluzzjoni tal-każ. U din bis-serjetà.

Bondiplus jista’ żarma, Reporter jista’ żarma, Pandora, Othello, Obelix jistgħu iżarmaw. Ta’ Gizelle jistgħu iżarmaw is-sett. Peppi huwa n-numru wieħed.
Peppi Azzopardi huwa ġenju, mhux talli l-fortune tellers qatt ma jirnexxielhom jipprevedu meta se jagħmel l-20 programm dwarhom, imma talli ġietu l-idea kbira għas-soluzzjoni tal-każ.

Importanti li dak il-programm tax-Xarabank dwar McCann, jiġi mqassam u mifrux ma’ kulħadd. Ma’ Brown, Bush, Putin, Blair, Bin Laden. Ma’ kulħadd. Ma hemmx bżonn interpretu jew subtitles. Il-ħara lingwa u riħa waħda għandu. Dak il-programm importanti li jidher fiċ-ċentri kummerċjali internazzjonali u saħansitra fil-vatikan.

Forsi dak il-programm jiġi f’idejn il-kriminal li seraq lil Madeleine u wara li jara kwart tal-programm jeħles lil Madeleine u jgħid: “din it-tifla ma tiflahx tissapporti aktar.” Peppi Azzopardi huwa ġenju!

Din mhix satira dwar il-persuna ta’ Madeleine McCann. Imma dwar il-media u dwar programm partikolari li s-satira falza jagħmilha meta waqt il-programm fuq suġġett serju u delikat bħal dan jgħidilna li erba’ xhur qabel rebbaħ kċina u kamra fejn tkun tista’ taħra.

Għandi dritt ikolli stazzjon sura la qed inħallas għalih?

Il-każ dwar Madeleine McCann aġġornat kuljum.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home