contact: info@sandrovella.org

Saturday, 6 October 2007

PBS vs Teknoloġija


Web-site li tgħid kemm Maltin ġenwini li ħarġu mill-Università qegħdin ifittxu xogħol u li jixtiequ jibqgħu f’Malta : ma teżistix.
Web-site li tgħid li kemm hija iebsa għaż-żgħażagħ Maltin li jixtru post : ma teżistix. U l-anqas teżisti web-site li turik min qed jixtri dawn l-artijiet b'dawk il-flejjes kollha. Kif u x'fatta u minn fejn!
Web-site li tgħid kemm Malta qegħda tiġi frodata fiskalment : ma teżistix.
Web-site dwar il-bini ta’ ambaxxata Amerikana f’Ta’ Qali: ma teżistix.
Web-site dwar il-kuntratturi tat-toroq li jagħmlu li jridu bil-gvern: ma teżistix.
Web-site Maltija dwar l-iżvantaġġi ta’ l-Ewro: ma teżistix.
Web-site informattiva dwar il-Power Station tal-Marsa: ma teżistix.
Web-site dwar il-ħniżrijiet tal-MEPA: ma teżistix.
Web-site dwar l-għażż ta’ ċertu Maltin fil-parlament Ewropew u Malti: ma teżistix.
Web-site li tinforma dwar il-miljuni extra għall-Frontex: ma teżistix.
Web-site li tagħti rendikont l-għaliex ir-riżenji taħt il-Ministeru ta’ Austin Gatt: ma teżistix.
Web-site Maltija li turina l-avventuri ta' l-unjoni ewropea: ma teżistix.

Web-sites dwar is-sess : jeżistu ħafna.
Web-sites dwar ix-xorti : jeżistu ħafna. (teskludi x-xorti tal-PBS)
Web-sites dwar Madeleine McCann : jeżistu ħafna.

Minkejja li Malta ġiet klassifikata fit-tieni post għall-użu ta’ l-informatika, il-PBS iħoss li jinfurmana f’dak li diġà jeżistu fil-web-sites imma mhux b’dak li ma jeżistix.

Jintefqu flejjes kbar mit-taxxi tagħna biex isiru programmi professjonali, li jinkludu filmings ta’ safar u big screen fl-istudio, dwar affarijiet li nħallsu għalihom meta mmorru għand l-Internet Service Provider.

Web-site tal-PBS teżisti u aġġornata ħafna speċjalment fl-iskeda tal-programmi, fl-aħbarijiet u l-favorita tiegħi: is-sezzjoni ta’ l-isports. Għax huwa l-unika link li meta tagħfsu jeħdok ġo paġna differenti.

1 Comments:

Anonymous Anonymous said...

i think that the aim is to bring people to love sports better... hehehe

08 October 2007 17:43  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home