Musumeci
“jekk xi ħadd jaħseb li l-Partit Nazzjonalista se jirbaħ l-elezzjoni bl-attakki fuq Alfred Sant din tkun strateġija żbaljata.” Kliem qaddis. Il-partit nazzjonalista m’għandux bżonn jattakka lil Alfred Sant. Alfred Sant jirnexxielu waħdu.
“Alfred Sant għandu attributi tajbin.” ...għall-partit nazzjonalista.
Robert Musumeci għandu 33 sena. Gonzi riesaq lejn is-60 u Fenech Adami għadu jferfer. Gonzi għandu massimu ta’ żewġ viżjonijiet u ta’ żewġ leġislaturi: SmartCity u Lufthansa Techniques. Fenech Adami kellu tlieta: L-ajruport, unjoni ewropea, u mater dei. Il-viżjonijiet ta' Fredu għadhom il-bankini ta' Buġibba.
X’viżjoni jista’ jkollu mexxej ta’ 33 sena? Viżjoni ħafna iżjed wiesgħa u m’għandux żmien jeħlisha biex ifarfarha fuq ta’ warajh għax fadallu ħafna sakemm jirtira. U x’viżjoni jista’ jkollu bniedem bħal Robert Musumeci?
L-attributi ta' Musumeci :
1. Jagħti l-e-mail tiegħu bħal Gonzi bid-differenza li Musumeci jwieġbek huwa u mhux l-automatic mail delivery.
2. Ma jaħlix flus f’fuljetti u magażines propagandistiċi. (l-unika ħaġa li għamel hija billboard fejn irnexxielu jgħatti l-knisja tas-Siġġiewi, mela naħfrulu)
3. M’għandux hi5 account.
4. Jekk iċċempillu fuq il-mobile iwieġbek huwa u mhux is-segretarja tiegħu.
5. Jgħin l-istudenti, speċjalment li jistudjaw għall-draughtsperson, mingħajr pożi u ritratti.
6. Jaħdem.
7. Għadni qatt ma nzertajtu f’Xarabank.
8. Huwa s-secondo kuġin tiegħi.
Id-difetti ta' Musumeci :
1. M’għandux blog.
2. Membru f’partit.
3. Jiena s-secondo kuġin tiegħu.
Jiena u Musumeci b’xi mod għandna l-istess demm. Għalhekk huwa raġel intelliġenti ħafna. Għalhekk huwa the odd one out fil-partit tiegħu stess.
Gonzi jeloġja bil-fatti lil Tony Abela u lil Austin Gatt u bil-kliem jeloġja lil Musumeci. Però kieku ma kienx għall-partit nazzjonalista li Robert joħroġ fi ħdanu fil-kunsilli lokali, kieku konna nkunu nafu dwar dan Robert Musumeci?
F’intervista li ta lil gazzetta illum, minn fejn jiena ġibt ir-ritratt żgħir ta’ kwalità baxxa ta’ Robert, għax l-anqas fuq Google images ma jinstab, Robert qal li huwa jibqa’ fil-politika sakemm il-poplu jibqa’ jridu.
Hawnhekk Robert żbalja. Inti tibqa’ fil-politika sakemm iriduk erba’ delegati. Għax id-delegati tal-partiti ma jirrapreżentawx lill-poplu u l-anqas lilhom infushom imma lid-dehra tal-partit.
Fid-diskors tal-kunsill ġenerali tal-partit nazzjonalista Robert prova jiftaħ moħħ u jkellem b’mod edukat lid-delegati. Qatgħulu diskorsu f’nofsu u bil-pulit bagħtuh lura f’postu. Applawsi żgħar mhux bħal ma ġew dedikati lil Wistin, li aħjar imur jinħeba fit-toqba tar-ramel li bena l-qaddis imsemmi għalih. Din mhix offiża personali imma pjaċir pubbliku.
Eżatt wara li Robert poġġa bil-qegħda, jinstema’ leħen ta’ mara, probabbli żagħżugħa anzjana, fejn b’mod ironiku tgħid li l-viżjoni ta’ Robert hija kemmxejn moderna u differenti u forsi diskutibbli imma issa nistgħu nkomplu bid-diskorsi skaduti u monotoni.
Robert, fil-verità, mhu qed jgħid xejn speċjali, anzì qiegħed jgħid xi ħaġa speċjali ħafna: qed jgħid lid-delegati nazzjonalisti jieqfu jkunu arroganti. Għandu iżjed ċans Fredu joħroġna mill-unjoni ewropea.
Robert, ma rridx naqtagħlek il-bewla imma l-verità hija li flimkien ma’ Fredu hemm maġġoranza tal-pajjiż, il-parlament kollu, maġġoranza ta’ kandidati, il-partitarji li jxejru l-bnadar fil-mass meetings jinsabu f’sakra ma jarawx art.
Is-sakra tieqaf mhux meta jispiċċa l-alkoħol imma meta jispiċċa l-ilma u ż-żejt. Dawn huma argumenti politiċi sur Austin li tiftaħar li tara d-Discovery u għadek ma skoprejtx x’inhija l-politika!
Robert, grazzi talli għamiltli t-tarmak fit-triq fejn noqgħod jien mingħajr trumbetti. It-triq ġiet isbaħ minn ta’ Louis Galea.


































1 Comments:
nahseb ghandu in-namber tieghek issejvjat fil-mowbajl mela. ma dawk li jirrispondi mhux bhal tieghi li qieghed ma dawk li jinjora.
nikkoregik! robert zbalja meta qal li jibqa fil-politika sakemm il-poplu iridu. se jibqa fil-politika sakemm idum jaqdi lin-nies li se jivuttawlu ghax jaqdihom bhal ma ghamel lil tat-triq tieghek u ghamlilhom it-tarmak. ara it-triq min fejn nghaddi jien bla tarmak se tibqa. jibqa fil-politika kemm idum jaghmel mirja f kull faccata ta garaxx li hemm f rahal twelidu. sakemm jibqa jaqdi lil dawk il-gabillotti njoranti kollha li jtihom li jridu mit-taxxi tal-poplu l-aqwa li fl-elezzjoni jahsbu fih!
jekk veru temmen li il-politika maltija ghandha tkun ibbazata fuq il-principji tal-perit allura veru il-pajjiz ma baqalux tama.
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home