Minus ta’ vera

Dan l-aħħar qed inħossni ħafna solidari u parteċipi ħafna lejn soċjetajiet ta’ minoranzi.
Partikolarment lejn minoranza, li ninsab ċert li daqt se tkun maġġoranza fil-pajjiż, li ġiet għall-attenzjoni tiegħi hija l-grupp ta’ “Minus Two Malta” .
Dan il-grupp huwa grupp serju ħafna u dedikat għall-oġġettivi tiegħu.
Il-missjoni ta’ “Minus Two Malta” hija li fil-Kostituzzjoni ta’ Malta tkun imniżżla li nisa topless ma jistgħux jgħumu fil-bajjiet Maltin.
L-islogan ta’ dan il-grupp huwa:
Ftit mill-punti serji u validi ħafna u ta’ min jixtarr fuqhom huma dawn : -
Punti validi ħafna numru wieħed:
MIN AĦNA?
“aħna grupp li niddefendu l-għajnejn innoċenti milli jsiru maħmuġin fil-bajjiet tagħna.”
“nistabilixxu l-artiklu 338(q) tal-Kodiċi Kriminali fil-Kostituzzjoni li jitkellem dwar nisa topless fil-bajjiet.”
“fil-bieb ta’ l-elezzjoni mportanti li tiġi meħuda azzjoni u l-membri parlamentari jkunu nfurmati b’din l-inizjattiva. Kull m’għandna bżonn huma 44 vot fil-parlament. Ma’ kull parlamentari li tikkonvinċi, l-pajjiż isir nadif fil-moralità u nistgħu nkunu kburin bih.”
( X'aktarx Justine Caruana tkun l-ewwel wahda li tivvota )
“aħna ninsabu hawn biex insalvawkom mis-saħta eterna.”
sors: Min Aħna?
Punti validi ħafna numru tnejn:
IL-MISSJONI TAGĦNA
“Alla ma jridx li n-nisa jgħumu topless fil-bajjiet Maltin.”
“il-mexxejja tal-futur se jżommuna ħatja tal-fatt li ħafna tfal kienu jaraw nisa topless fil-bajjiet Maltin u li dan il-fatt żied il-kriminalità sesswali f’pajjiżna.”
“96% ta’ l-irġiel miżżewġa li jaraw mara oħra b’sidirha barra, moħħhom mal-ewwel imur fuq is-sess.”
“ftakar kemm tkun diffiċli għal raġel kull darba biex imur iqerr għand il-qassis għax ra mara topless.”
“inżommu Malta nadifa.”
sors: Il-Missjoni Tagħna
Punti validi ħafna numru tlieta:
INFORMAZZJONI EDUKATTIVA
“aħsibha sew qabel ma tmur tgħum topless għax l-irġiel tal-familja li mingħalik ikunu qed jaqraw xi ktieb fil-fatt ikollhom idejhom isfel maġenb ix-xorts....Aħsibha sew!”
“trid toqgħod iżjed attenta għax ikun hemm ħafna lesbjani mas-saqajn u dawn agħar mill-irġiel.”
“immaġina lil ommok tarak biż-żejża barra fil-baħar.”
“tkunx kaġun li tkisser żwiġijiet biex inti tħossok iżjed komda. Tkunx kaġun ta’ dik it-tifla li filli kienet qegħda timla’ l-barmil bir-ramel maġenb il-ġenituri u filli tkun mifruda minn magħhom ħabba ġlied kontinwu.”
“it-tfal subien jista’ jkollhom agunija psikoloġika meta jikbru.”
“opportunità iżjed għall-kankru tas-sider.”
“irrispetta t-tradizzjoni ta’ Malta li trid toqgħod il-bogħod mit-tentazzjoni.”
“Alla ried li s-sider tal-mara jkun mgħotti.”
( il-11 il-kmandament )
sors: Informazzjoni Edukattiva
Punti validi ħafna numru erbgħa:
PROPOGANDA SAVE AS BIEX TIRRIFLETTI
- Xtut nodfa. Tfal jilgħabu b’serħan tal-moħħ li moħħhom jibqa’ safi.
Żejżiet fuq xtutna? Le grazzi. -
1. AĦSEB FIT-TFAL
Jien għandi dritt nixxemmex b’sidri barra!
...kif ukoll tikkorrompi l-għajnejn safja tan-nies madwarek?
2. KAWŻA TA’ DIVORZJU?
Jien għandi dritt nixxemmex b’sidri barra!
...trid tkun il-kawża ta’ żwieġ imkisser?
3. TINSEWX LI SSIB OMOSESSWALI FOSTNA
Jien għandi dritt nixxemmex b’sidri barra!
...kif tħossok jekk għajnejn mara oħra lesbjana jaqgħu fuq ġismek?
4. IS-SIDER SORS TAL-ĦAJJA
Jien għandi dritt nixxemmex b’sidri barra!
...is-sabiħ tas-sider, meta jisqi tarbija mhux għajn ta’ tentazzjoni.
sors: Propoganda
Punti validi ħafna numru ħamsa:
“wara li niksbu suċċess biex indaħħlu l-liġi tat-topless fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, se nagħmlu l-istess kampanja għall-liġi kontra d-divorzju.”
sors: Sister Links
Għal kull suġġerimenti, kummenti jew għal kull ħaġa oħra ibgħat e-mail lil minustwo@gmail.com .
"Aħna qegħdin hawn biex nisimgħuk."
sors: Kuntatt
iżjed informazzjoni għall-punti iżjed validi u mportanti:
Titilfux din l-okkażjoni. Titilfux ruħkom. Ejja ndaħħlu l-liġi kontra t-topless fil-bajjiet ta' Malta fil-Kostituzzjoni.
”Minus Two” huwa l-grupp li għandek tingħaqad miegħu mmedjatament bla riservi. Importanti wkoll li tinfurmaw lil Intelligent Community Forum b'din il-kampanja Maltija.
Ħu ritratt bħal ma ħadt jiena, u prova żomm wiċċek serju bħal tiegħi kemm jista' jkun, biex tagħti appoġġ sħiħ lil din il-kampanja: ”Żomm id-dinjità. Żommhom mgħottija”.
Għandek opportunità kbira li tidher fuq wieħed mill-billboards ta’ l-organizzaturi maġenb il-bankiera u l-ewro.
2007 – 2 = 007


































10 Comments:
Ghaziz Sandro,
F'isem il-moviment, grazzi, grazzi tassew ta' l-ghajnuna li tajtna sabiex inxerrdu l-gharfien fil-moviment -2.
Bi hsiebna norganizzaw diversi attivitajiet - hu hsieb, ghax nistiednuk.
Prosit, u grazzi ghal darb'ohra,
Joe Borg
minustwomalta@gmail.com
www.minustwo.org
One thing that I fail to understand here is why females and males are treated unequitably.
Some would argue that it is because women tend to have very pronounced breasts... but by this reasoning would it be acceptable for flat-chested women to go around topless?
Furthermore... what about men? Why is it that they, whether with or without pronounced busoms, are considered perfectly acceptable without any kind of covering?
Is this not a matter of two weights and two measures? While I understand that the culture is deeply entrenched, would it still not be an idea to either require men to wear some kind of top in public or else revoke the compulsion of women to wear bottoms (again, presuming that the reason why men are compelled to wear briefs or boxers is purely due to the provocative projection of the male anatomy - absent in women)?
This is a very noble campaign. Lets keep malta clean and covered
Ghaziz James,
Qatt reddajt tarbija?
Dejjem tieghek,
Joe
minustwomalta@gmail.com
www.minustwo.org
Dear Joe,
No I have never fed a baby... and fail to understand the relevance of the question. Still... have you ever fed a baby?
Wishing you well.
Ghaziz James,
Int staqsejt "why females and males are treated unequitably" ghal fejn jidhol il-kxif tas-sider. Nittama li l-mistoqsija tieghi li ghamiltlek wegbitlek id-domanda originali tieghek.
Dejjem tieghek,
Joe
Dear Joe,
Thank you for tieing your question in with the topic. I think that I now understand.
Still... are we to understand that the act of breast-feeding is a cause for concern?
Let us presume for a moment that there is actually something intrinsically offensive about breast-feeding in public. Is it not true that the majority of public establishments are simply inadequately equipped in terms of changing rooms and the sort? Is it not true that such areas are sometimes inadequately maintained and are therefore potentially a health hazard for both mother and child?
It seems to me that it is a cold society that seeks to drive something as natural as breast-feeding out of sight of society. Sure the mother isn't always a star-class model but surely provisions for mothers ought to be made. As things stand the practice of breast-feeding is more the exception than the rule partially thanks to the backward mentality that society has been programmed as regards to the presumed offensiveness of the woman concerned.
Furthermore it is not like the male body has anything up there that a woman does not - although perhaps not competing in terms of volume.
I would suggest that any campaign to compel women to cover up on top ought to count towards the men also. The alternative, of course, is to go lax on women in light of the general lack of inhibitions on the part of the male in this regard. It seems only fair. ^_^
Wishing you well.
Ikolli ngħid li vera minus dawn...
Well done! Keep up the good work. Just keep on believing that in 2007 young people who bathe topless at the beach really give a crap about religion and values. Its a lost cause and theres no way this campaign can be successful. I'm an active catholic myself ... but actually I don't really think that all that Ezekiel stuff that's posted in your website at the very top of each page is very relevant either.
regards
Religion is a system of laws that make up a rigid belief system. While the Religion that you allude to is not a stranger to questions of ethics it is not ethics itself. It also has to be said that not all values are equal (compare the 10 commandments to understand what I mean).
This is not to say that the Catholic religion ought to be ignored... but neither ought it to get accepted blindly, especially in the face of "values" that are not even directly contradicted in these same commandments. If anything (as per the story) it was only when Adam and Eve sought to cover themselves that they were deemed in sin - not for covering up but for disobeying the word of He who must be obeyed.
Furthermore it is a documented fact that the last Ice Age was approximately 6,000 years ago. This suggests that the climate 2,000-4,000 years ago was almost certainly cooler than it is today. We also happen to be around the peek it not on the return-slope of the cycle, which is why we hear conflicting reports about the dangers of global warming and cooling.
My point is that humans originally covered up not out of any wish to not live in sin but out of necessity. Clothing is but a personal-scale element of shelter - it helps to keep us warm. When on jumps ahead to 2007 when pressure groups are telling people to stay covered for artificially constructed moral reasons, it all starts to seem a little silly.
After all... we are effectively saying that the human body is beautiful... but its a sin to show it off. The forbidden apple still appears to run within our blood... ~_~
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home