contact: info@sandrovella.org

Tuesday, 30 October 2007

Malta vibranti

Dan il-pajjiż huwa flessibbli, dinamiku u vibranti.

Spiżeriji jbiegħu l-gażażi tat-trabi u xkaffa ftit il-fuq ibiegħu l-condoms.

Beauticians ibiegħu fwejjaħ tad-ditti u fis-sular ta’ fuq il-cream għall-irritazzjoni tal-ġilda.

Billboards tal-gvern biex ma tkissirx familja bil-logħob ta’ l-azzard u faċċata tat-triq hemm id-dipartiment tal-lottu.

Kull ma jonqos huwa li jinbiegħu l-blue films fis-sagristija biex tiżdied l-attendenza fil-qrar.

Waqt li l-Minus Two qegħda tinkwieta fuq in-nisa li jiġġerrew biż-żejżiet barra fil-bajjiet ta’ Malta, il-ħaġu tar-raġel ukoll qiegħed jiġġerra barra mhux ħażin. Il-ħaġa hija li l-ħaġu mhux imwaħħal mal-ġisem tar-raġel imma mwaħħal ma’ l-ixkaffi tal-ħwienet tal-ħwejjeġ intimi, souvenirs, ħwienet tal-mużika u stationeries madwar Malta kollha miftuħin il-ġurnata kollha b’aċċessibilità għal kulħadd.

Minus Two għandha bżonn tnedi kampanja biex il-vibrators jitneħħew mill-ħwienet u li ssir liġi dwar dan u tiddeffes fil-kostituzzjoni ta’ Malta. Il-kampanja għandhom isemmuha “Division by Three To The Power of One”. Kif ikunu fiż-żifna jdaħħlu liġi wkoll fil-kostituzzjoni li Barbie tkun liebsa iċ-ċintura tal-kastità, iċ-ċavetta jżommha l-kappillan waqt li jkun qiegħed jara cinema bil-qegħda bejnha u bejn Ken.

Dan huwa li wassal il-projbizzjoniżmu tas-sex shop f’Malta: tmur tixtri ġugarell mat-tfal u ssib żobb imdaqqas ma’ wiċċek.

It-tfal innoċenti jsaqsu: “Ma’, ara dak bħal m’għandu l-papa’!!!”
L-omm twieġeb: “Le, uliedi. Dak m’għandu x’jaqsam xejn ma’ missierkom.”

Meta mort f’ħanut tas-souvenirs u katini taċ-ċwievet b’ismek personalizzat f’Buġibba, staqsejt lill-propjetarja dwar kif inhu sejjer il-bejgħ tal-vibraturi. Qaltli li f’sena rnexxielha tbiegħ żbub iżjed minn kemm irnexxielu jbiegħ il-gvern. Qaltli wkoll li l-iżjed prodott li mexa kien il-mudell tal-papru.

It-teknoloġija tgħin ukoll. Il-propjetarja kompliet tgħidli li se jkollha għal bejgħ ukoll vibraturi MP3 bil-vuċi ta’ Humphrey Bogart u Brad Pitt. Il-vuċi ta’ Pitt u Bogart iġagħluk toħlom. Il-bqija jagħmel kollox il-vibratur.

Il-Made in China se ssir taf dal-waqt b’dawn l-avvenimenti u se ssir leader tal-produzzjoni. Bi prodotti garantiti bħal dawk tal-Mattel.

Id-diffetti tal-fabrikazzjoni jistgħu jikkawżaw danni iżjed agħar minn intossikazzjoni taċ-ċomb. Jekk il-vibratur, minħabba ħsara tal-frizzjoni, jasal sa 76 kilometru s-siegħa? Jekk il-vuċi fl-MP3, minħabba difett, flok ta’ Brad Pitt tkun ta’ Gonzi li jgħid: “Bil-partit nazzjonalista fil-gvern il-pajjiż mill-għada ta’ l-elezzjoni jista’ jserraħ rasu.”

F’dak il-każ il-ħsarat morali u fiżiċi jkunu bla kalkolu. Lin-nisa kull ma jifdallhom huwa l-kunvent biex jinsew kollox.

Sid ta’ ħanut ieħor qalli li l-ġimgħa d-dieħla flimkien ma’ l-MP3, se toħroġ ukoll verżjoni bil-web-camera. Pratikament: żjara għand il-ġinekologu.

F’Malta tista’ tixtri oġġetti u logħob sesswali minn fuq l-internet minn ħanut lokali virtwali. Kollox legali għax bil-Euro fair ukoll. Imma fil-gazzetta li tinvadi l-posta fiżika "L-EWRO FUQ L-GĦATBA" din il-kumpanija mhix fil-lista ta’ l-E-FAIR. Jaslu biss minn Ħat-Attard saż-Żejtun.

Minus Two ħudu nota jekk jogħġobkom. Wieħed mill-islogans tal-kampanja edukattiva tagħkom għandu jkun: “Tafu li b’ħafna vibraturi b’forma tal-ħaġu fil-ħwienet lokali, l-irġiel miżżewġa u dawk li se jagħmlu il-pass jistgħu jsiru omossesswali u jkissru ż-żwiġijiet?”....u kif tkunu erġajtu fiż-żifna: żidu kwotazzjoni minn tal-bibbja dwar dan il-każ. Hemm xi kuntest fil-Ġenesi fejn Eva skopriet lill-vibratur qabel Adam.

Il-gvern għandu mertu ta' kompetizzjoni f’din l-istorja kollha. Jiffrankalna ħafna flus. Għax jirnexxilu jaħxina mingħajr bżonn li nixtru l-inġenji!

1 Comments:

Anonymous James Cauchi said...

Vibrators and other sex toys are in the category of semi-taboo in Malta. ^_~

While we all play saint and cast our eyes heavenward for redemption come of us conceal fluffy handcuffs, vibrators, maybe even a cheap-quality whip from tal-Lira or so on.

Or perhaps we don't and just get a little... playful in bed. :cP

Honestly I think that an increasingly liberal and open attitude would do us all a world of good. If we cannot feel comfortable being ourselves than when can we ever truly be ourselves? :c|

While one cannot encourage the in-your-face attitude that has been seen manifesting in some parts of the United States, amongst other first world countries, one cannot really say that fearing ourselves is a preferable situation.

May we become truly alive once again. ^_^

31 October 2007 00:25  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home