contact: info@sandrovella.org

Friday, 5 October 2007

Mobsters' Elections Planning Action

“Id-dinjità tal-persuna hija iżjed importanti mill-flus”...iżda mhux mill-voti.
Alfred Sant mar iżur lil Yolanda Angileri, mara simpatika u bil-bajd li ġiet titnejjek mill-MEPA u baqgħet fil-bini għalkemm kollox kien se jinżel fuq rasha.

Alfred Sant jgħid lill-ġurnalisti kollha ta’ Malta kollha, preżenti biss Maltastar, li "mara anzjana, li qatt m’għamlet ħsara lil ħadd, m’għandix tiġi trattata b’dak il-mod. Rajna ħafna każijiet simili fejn persuni anzjani jiġu trattati b’dan il-mod għax m’għandhomx is-saħħa li jiġġieldu lis-sistema.

Imma Yolanda saħħa biex tiġġieled is-sistema kellha. Tgħix f’post li għalina huwa miżeru, tgħix f’kundizzjoniet ta’ faqar u għandha kwalità ta’ ħajja simili għall-immigranti llegali f’Ħal-Far. Għalkemm mobile phone u digital plus jidher li m’għandiex.

L-unika persuna li m’għandiex saħħa biex tiġġieled is-sistema huwa l-kap ta’ l-oppożizzjoni. Li jinsab f’pożizzjoni għolja mħallsa mit-taxxi tagħna u f’kundizzjoni li jiġġieled is-sistema, jgħix ġo l-arja kundizzjonata meta x-xemx tirriflettilu bejn il-blinds mdendlin mal-ħġieġ u għandu kwalità ta’ ħajja simili ta’ mastrudaxxa. Għax iħobb ħafna s-siġġu.

Biex juri solidarjetà, l-kap ta’ l-oppożizzjoni, mar iżurha biex itiha l-appoġġ meħtieġ imma l-appoġġ spiċċat tagħtulu hi. Għax jekk ma joqgħodx attent, u joqgħod jagħmel ċajt li ma jirnexxix, huwa se jkun li jispiċċa bla dar u bla dahar tas-siġġu. Yolanda Angileri tidher li għandha iżjed ideat friski minnhom kollha.

Jason ukoll jidher kuntent għax qegħdin għal kwiet, bejniethom! Dak l-injorant tal-YouTube għadu taħt il-bord tad-dixxiplina! Hekk jiġrilu minn jeħles l-informazzjoni.

Mietu u korrew nies mirdumin taħt soqfa minħabba inkompetenza tal-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u l-ebda esponent politiku ma jmur fuq il-post jekk ma tkunx xi kamra tan-nar u juru iżjed l-inkapaċità tagħhom quddiem is-soluzzjoni għat-traġedji bla bżonn. Imma l-każijiet ta’ dawn in-nies li jmutu fuq il-post tax-xogħol ma jaħbtux ftit xhur qabel l-elezzjoni ġenerali jew/u tal-kunsilli lokali jew/u tal-parlament ewropew.

Minn naħa l-oħra l-MEPA, mingħajr għada ma taf li mara ta’ 94 sena waqqathom waħda għan-nejk nobis, preparat sorpriża għall-elettorat ta’ pajjiżna u għal Għawdex. Ħassret il-permess li jinbena villaġġ turistu fir-Ramla l-Ħamra.

In-nazzjonalisti ma jitkellmux fuq il-każ ta’ Yolanda. Għadhom qegħdin jaraw jekk hix imniżżla fir-reġistru elettorali.

Qegħdin ifittxu n-numru tal-karta ta’ l-identità tagħha għax għalihom aħna numru biss!

1 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Go Yolanda GO... we're with you!!

08 October 2007 17:47  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home