Lemonhead tippreżenta

Kien hemm bambin li sar Ġesù u kellu politika waħda: jissepara l-knisja minn mal-politika. U rnexxielu!
Kien hemm knisja li kellha politika waħda: tagħmel il-tagħlim ta’ Ġesù propjetà tagħha f’isimha. U rnexxielha!
Il-kumpanija teatrali Lemonhead se tispjega din l-istorja minn għajnejn tifla – xebba – mara bl-isem ta’ Lucrezia Borgia bint il-Papa Alessandru VI. L-istorja se tkun ambjentata bejn is-snin 1492 u 1503.
Dramm deċiżament avveruntuż u ftit riskjuż li suppost m’għandux ikollu l-ebda oġġezzjoni minn għand Ratzinger u l-kardinali ta’ taħtu u l-ministru tal-kultura ta’ taħtu, peress li Alessandru VI huwa meqjus bħala l-anti-papa u l-knisja talbet waħda mill-apoloġiji minn elf. Waħda minnhom kienet dwar dawk iż-żmenijiet u dwar il-familja Borgia.
Dwar il-persuna ta’ Lucrezia Borgia hemm ħafna verżjonijiet bħat-tielet sigriet ta’ Fatima. Lemonhead u l-pinna ta’ Bryan Muscat għaqdu l-verżjonijiet kollha u ħarġet forma ta’ konklużjoni ta’ ġudizzju newtrali u dibattibbli lejn din il-personalità.
F’dan id-dramm se jintwera wkoll il-mod kif dan il-Papa ġie mtella’ mill-kardinali fil-konklavi.
Pawlu Muscat mhux se jieħu sehem.
Għall-iżjed informazzjoni dwar dan id-dramm għafas hawn.
informazzjoni :
Lemonhead Productions


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home