Il-biljett ta' Mugliett

Kif ma jistħux?
Gazzetta b’xejn, kull ġimgħa, mat-trasport pubbliku li ġġib l-isem ta’ Kif?
Se tibda toħroġ l-ewwel gazzetta għall-vjaġġaturi Maltin.
L-ewwel vjaġġatur diġà ħa l-kopja tiegħu mix-xarabank tal-futur. Xarabank komda ħafna bil-plasma screen philips brown fuq rasek u li tista’ toqgħod bil-wieqfa mingħajr ma żżomm idejk maċ-ċingi biex taqra l-gazzetta Kif?
Il-grupp huwa magħmul minn erba’ żgħażagħ li għandhom Masters’ Degree fil-ġurnaliżmu u fil-komunikazzjoni u 50% minnhom kellhom x’jaqsmu mal-kumpanija ta’ John Dalli.
Hija aħbar sabiħa li erba’ studenti gradwati bil-Masters għandhom xogħol fil-qasam li studjaw għalih. Però post dawn iż-żgħażagħ huwa fil-PBS u mhux f’lok fejn il-ġurnaliżmu jiġi mqassam qalb id-dagħha.
Il-gvern flok jinforza t-talenti taż-żgħażagħ ġo istituzzjojiet batuti, iwelled istituzzjonijiet dgħajfin destinati għax-xifer.
Tagħmel snin sħaħ tistudja ġurnaliżmu qalb lecturers li ma jafux id-differenza bejn reporter u ġurnalist, u tispiċċa tiġbor ir-riklami u tara x’gossip ħa taqla’ fuq nies li l-iżjed ħaġa mportanti f’ħajjithom huma d-dwiefer u l-ġilda.
Hekk se tkun din il-gazzetta Kif? Logħob, kompetizzjonijiet, riklami, gossip u propoganda tal-gvern.
Fil-ħarġa tal-propoganda l-gazzetta turik portable computer mitfi jew għaddej bl-iscreen saver, b’parker ta’ Lm700 fuq il-keyboard. Biex jurik li waqt il-vjaġġ tiegħek mis-Siġġiewi sa Ruma tkun tista’ taqbad fuq l-internet u tibgħat il-proposti lil Gonzi dwar il-Budget 2015 għalkemm il-ktieb ikun ilu lest tmien snin.
Kif ma jistħux dawn in-nies jitnejjku bin-nies f’wiċċhom?
Fil-faċċata tal-gazzetta jinqara: “30 miljun passiġġier se jaraw l-avviż tiegħek.” Ix-Xarabank l-ieħor wasal sa 140 elf.
Iċ-ċittadin m’għadux numru u vot biss imma issa sar ukoll biljett tax-xarabank. Jekk taqbad erba’ xarabank kuljum, kull nhar ta’ Ħamis, mal-biljett se jtuk erba’ gazzetti Kif? u l-prodotti riklamati se tixtrihom erba’ darbiet.
Wara għoxrin sena ta’ gvern nazzjonalista ir-riforma tat-trasport pubbliku hija rivista b’xejn.
Id-diesel bl-ilma bioloġiku għadu jdaħħan. Is-siġġijiet għadhom imqattgħin. Għadhom jiġu tard jew ma jiġu xejn jew aħjar: jibqgħu għaddejin. Id-diżabbli baqgħu b’sistema diżabbli. Ix-xufiera għadhom bl-istess edukazzjoni ta’ Joe Debono Grech. Studenti jonfqu 90% ta’ l-istipendju fit-trasport pubbliku.
Ma kontx nemmen li fl-ADT se jkun hemm każ ieħor ta’ korruzzjoni agħar milli kien hemm. Kif? hija korruzzjoni tal-gvern flimkien mal-ktieb tal-proposti tal-budget, mal-gazzetti u bus stages propogandistiċi dwar l-ewro, rivisti dwar il-port il-kbir u l-billboards dwar id-drittijiet tal-konsumatur fl-ewropa.
X’ma jħawwilx 6,000 siġar iżjed Pullicino!
Bħall-PBS, fix-xarabank reali se jġagħluk tħallas mhux biex tieħu servizz iżda biex tiġi invadut mir-riklamar u jkollok l-okkażjoni tkun taf jekk Britney Spears libsitx il-qalziet ta’ taħt jew le waqt li kienet qed tintreda’ ma’ Paris Hilton.
U ara ma jfettillekx ma teħodiex. U kif ikollok teħodha!
Kull nhar ta’ Ħamis id-dispatcher mhux se jara jekk ħadtx il-biljett imma se jara jekk ġbartx il-gazzetta indipendenti Kif?
Id-dinja vera mhux iddur tonda! Flok il-passiġġier jieħu rikba fuq ix-xarabank: jiġri bil-kontra.
informazzjoni:
Kif? online
F'oxx il-go.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home