Internet Sucks Provider
Il-ministru konċernat dwar l-IT juża l-internet biss għall-porn, u jużah ftit, peress li jġibha malajr.
Għax trid tużah ftit biex ma tindunax li d-differenza bejn il-politiċi u l-ISPs (il-kumpaniji li jipprovdu l-internet) hija li l-politiċi jitnejjku bik fuq ix-xandir u l-ISPs jitnejjku bik fuq it-telefon.
Għax trid tużah ftit biex ma tindunax li l-internet hawn Malta fih nejka iżjed minn Scarlett Johnson!
Mingħajr internet ma tistax toqgħod u jkollok tagħżel l-aħjar mill-agħar jew l-agħar mill-agħar biex forsi jkollok servizz tajjeb li tħallas għalih.
Hawn ċertu kumpaniji jkollhom customer care tajjeb, però kumpanija serja jkollha l-internet jaħdem u mhux il-customer care.
Inqisu ruħna bħala t-tieni l-aqwa pajjiż fl-użu ta’ l-informatika. Din hija l-akbar kazzata li qal Gonzi minn wara li poġġa lil Fenech Adami president ta' nofs Malta.
Meta jkollok problema it-technician iwaħħal fit-telephone u tat-telephone iwaħħal fit-technician. Kien hemm technician qal li minħabba x-xita meta t-temperatura kienet laħqet is-37 grad. Kien hemm technician qal li ħabba li eżawrejt id-download limit mentri d-download limit nieżel waħdu. Kien hemm technician qal li ħabba li għandi telephone cordless. Wieħed kien qalli li għax kelli ħafna televisions allura ridt nixtri xi ħaġa extra biex l-internet ma jibqax jimxi bil-mod.
Kien hemm min qalli biex inbiddel in-Network Card u saħansitra l-USB ports. Kien hemm min qalli li qed jinqata’ l-internet għax għandi virus!
Eżempju ta’ telefonata : (din storja vera)
“Bħalissa l-impjegati tagħna huma okkupati kollha (għax kulħadd bil-problemi). Skond statistika (u survey mill-EwroStat) ġeneralment impjegat biex jiġi imwieġeb idum jistenna minn minuta sa 3 minuti.”
Wara 20 minuta :
ISP: “Hello Customer Care.”
Vittma: “Nixtieq inkellem lit-technician.”
ISP: “Għid lili.”
Vittma: “Għandi l-Internet bil-ħsara.”
ISP: “Tajjeb.”
Vittma: “Tajjeb?”
ISP: “Tini n-numru tiegħek.”
Vittma: “21******”
ISP: “X’inhi l-problema tiegħek?”
Vittma: “Kieku kelli qasma ħara kontinwa kont inċempel l-isptar. Għaliex taħseb li ċempilt lil ISP?”
ISP: (jidħaq)
Vittma: “Ejja għax ili xahar inċempel u ħa ġġagħluni nsir nisrani.”
ISP: “Imma x’inhi l-problema sir.”
Vittma: “L-internet mhux jaħdem ruħi qalbi.”
ISP: “Imma x’mhux jaħdem?”
Vittma: “Inti qed titnejjek bija?”
ISP: “Ħa nqabbdek mat-technician.”
Vittma: “Mela inti min iż-żobb int?”
Mużika ta’ riflessjoni.
Technician: “Hello.”
Vittma: “Inti t-technician?”
Technician: “Iva.”
Vittma: “Żgur?”
Technician: “X’jiġifieri żgur sir?”
Vittma: “Aqbiżha. X’se nagħmlu?”
Technician: “Tini n-numru tiegħek.”
Vittma: “Se nerġa’? Il-alla ħanina madonna alla magħna. Se ġġagħluni nsir nisrani. 21******”
Technician: “Minn hawnhekk kollox jaħdem għandek sir.”
Vittma: “Minn għandi l-bajd biss qed jaħdmu tajjeb sir.”
Technician: (jidħaq) “Ċempel 130 sir u ara jekk mhux mil-linja.”
Vittma: “Arani ħa nċempel.” (jaqta’ u jċempel 130)
Tliet ijiem wara tal-130 iċemplu.
Telephone : “Sieħbi rrapportajt xi ħsara fil-linja?”
Vittma: “Ma nafx jekk il-ħsara hix fil-linja. Dak xogħlok. Jiena Internet m’għandix.”
Telephone: “Imma dak mhux lili trid tgħid ruħi imma lil ta’ l-Internet.”
Vittma: “Iva, taf li hekk l-istess ħaġa qalli ta’ l-Internet. Jaqaw ftehmtu meta kontu qed teħduh f’sormkom.” (jaqta’ u jibqa’ ma’ l-istess ISP għax ħallas bil-quddiem, imma l-problema għada ma ssolvitx sal-lum!)
Jiġifieri jekk dan il-blog ma jiġix aġġornat jew jiġi aġġornat tard tkunu tafu għaliex.


































5 Comments:
Zgur Maltanet :-)
El Kabir
Jien qrajt dak li hemm miktub dwar it-telefonata li saret minghand il-vitma lil ISP u provajt nifhem is-sitwazzjoni kemm jista jkun.
Issa huwa veru li technicans hemm kemm dawk li huma specjalizati fuq ADSL (internet) u kemm fuq il-linja tat-telephone, allura ghalhekk qalu lil vitma li l-ewwel iridu jaraw min fejn gejja l-hsara ezatt jekk hux mil-linja jew is-sistema tal-internet. Din taf tkun problema li tisolva malajr jew inkella iddum u meta iddum mhux bilfors ghax it-technicians jew il-kumpanija huma hziena imma ghax jinvolvi t-testing tas-sistema shiha u certu drabi sfortunatament il-problema ma tkunx tista tisolva.
Jekk dan huwa l-kas il-klijent huwa xieraq li jigi avzat u s-servizz ma jinghatax mill-ewwel jew inkella tinghata xi tip ta refund.
Min naha l-ohra il-vitma ghandu ragun ghax huwa qed ihallas lil ISP u s-servizz mhux qed jaqdih kif suppost.
F'kelma wahda kullhadd irid jifhem lil xulxin u l-problema naraw ezatt min fejn tkun gejja biex forsi xi darba jintlahaq kompromess u dawn l-affarijiet ma jirrepetux ruhom ghax inkella fil-kas tal-ISP jitilfu l-klijenti u l-klijent jibqa minghajr servizz.
Nixtieq nghid ukoll dwar l-ISP li jkun ahjar jekk dawn isibu soluzjoni biex it-technicans jifthemu aktar bejnithom stess u mhux joqoghdu jghaddu min wiehed ghal iehor u jhallu l-klijenti bla risposta u bil-problema. B'hekk il-problema tkun tista tigi tackled ahjar u aktar malajr u b'hekk nibzghu ghal klijenti.
Jek tkellem technician b dik l arroganza ta barri ma tantx hija ha tejnek! nixtiq nejdlek ukoll li jek ha toqod tejd li internet ma jahdimx u daqsek biss, x zobb ta risposta qed tistenna? mux ahjar tispecifika bix technician ikun jista jejnek? tista tkun problema mill linja ima jek lil tat telephone tejdilom li problema ta internet jassumu li ma kellimtomx! em sistemi bix tinduna jek hijix problema mill linja u il go jiccekjawa dik! issa jek ha toqod tpatpat fil vojt amel int ima niggarantilek jin li il haddiema ta em gew jaqalaw il bajd bix jejnu lil klient u jek tahseb li int kapaci tamel iktar minnhom mela idhol minn flokhom kollha!
sandro nafu li int ma jkollokx x taghmel apparti xi kummiedja kultant, u nafu wkoll li website minajr ma tigi update hi website mejta allura is sur sandro vella kultant irrid jimla. din tal maltanet u tal go fuq l isem huma paroli fil vojt u bla sugu. imbili inbidel l isem habba marketing ma jfisirx li inalqet u giet kumpanija ohra , sur vella nixtieq ninfurmak li kollox l istess baqa, il magni,staff, il post jigifieri ma taghmilx sens.
u btw karozza tiswa daqs xahar tal adsl??
u btw2 int tahseb li tal go jimpurtahom xiz zikk toqod tara int fuq l streaming? u jaqqtawlek apposta? tahsibom lilek biss jaqaw ghandom klijnti sur vella?
din jekk ikollok disconnections 99% mil linja li hemm u issa jekk int toqod fxi kastell bhal tal conte dracula jew fxi katakombi fejn il linji u il cables huwa kollox anttik hemm ikun hemm problema issa qedin jinbidlu kolla imma kollox bil hin tieghu u min fuq it telefon l ebda technician ma jista jsolvilek, xi tridu jghamel jigi ghandek dak il hin jew??
, u sa fejn naf jien l ebda technician li jmur ghand in nies tal adsl mu ser jghidlek li din hemm problema fil linja u jitlaq probabli ivintajta int biex isebah l istorja
sandro ghandu ragun, is-servizz ta' l-internet f'dan il-pajjiz huwa ta' faqar kbir, il-prezz biss hu tajjeb, cioe, gholi.
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home