contact: info@sandrovella.org

Wednesday, 10 October 2007

In-nuċċali tax-xemx jagħmel il-ħsara

Il-libertà ta’ l-informazzjoni Maltija ħarbitilha din l-aħbar. Jinbnew sptarijiet u jiġu promossi spiżjara tal-familji imma xejn proposti dwar kif tevitahom.

Jekk bin-nuċċali tax-xemx ħassejtukom fil-paċi mal-kuxjenza għal ġid ta’ għajnejkom, tabiba Ingliża se tkisser din iċ-ċertezza. Moħħna jirċievi dawl inqas grazzi għall-protezzjoni tal-lenti mdallma li jibgħatu sinjali biex jintbgħatu inqas raġġi lill-organiżmu bħall-meta jiġri fl-assenza tax-xemx.

It-tabiba Sharon Moalem tikteb fil-ktieb tagħha “Survival of the Sickest” dwar l-ingann fil-konfront ta’ l-organiżmu tagħna minn naħa tal-lentijiet tax-xemx. Meta n-nuċċali tax-xemx jintlibes, il-moħħ jirreġistra kwantità żgħira ħafna ta’ raġġi tax-xemx u l-ġisem jipproduċi inqas melanina, jiġifieri s-sustanza li tipprovoka is-swidija fuq il-ġilda biex tipproteġih mir-raġġi tax-xemx. B’hekk il-ġisem huwa inqas protett u jista’ jiżviluppa l-kankru fil-ġilda.

Id-difesa ta’ l-organiżmu mix-xemx ġejja propju mill-perċezzjoni tad-dawl.

informazzjoni :

Daily Express
Survival of the Sickest

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home