Il-Paragun

Skoprejt li l-laptop tiegħi huwa nazzjonalist aħrax. Fil-festi ta’ l-indipendenza meta kien hemm id-djalogu paċifiku ħafna bejn GOnzi u GOuder, il-laptop tiegħi ddeċieda li waqt l-istreaming ibaxxi, u ħafna drabi jitfi, l-mikrofonu ta’ GOuder u jgħolli dak ta’ GOnzi.
GOnzi huwa tip simpatiku ħafna għax tgħidx kemm faħħru u patpatlu fuq daru lil GOuder li jagħmel xogħolu ta’ ġurnalist sew ħafna. Għalhekk quddiem ġurnalist liberu, (libertà bil-parametri tal-partit laburista) iddeċieda li jaħrab kull mistoqsija li saritlu.
“Saqsi, saqsi, saqsi....saqsini fuq SmartCity, saqsini fuq l-MCAST, saqsini fuq it-toroq.”
GOnzi stieden lil GOuder biex isaqsih dak li jrid GOnzi. L-anqas Andreotti qatt ma rnexxielu jasal s’hawn!
Ma hemmx wisq differenza bejn GOnzi u GOuder. It-tnejn huma vittmi tal-kapijiet tagħhom u jwaqqgħuhom għan-nejk.
Wieħed ikanta Viva l-Labour bi stonazzjoni fejn Faniello huwa prinċipjant ħdejh u l-GOnzi jipprova jsikket il-folla rrabjata mimlija mibegħda lejn il-ġurnalist liberu tal-laburisti. Mibegħda maħluqa mill-attwali president tal-Maltin kollha.
Anke’ Tony Abela, it-tieni kap ta’ GOnzi, ta l-kontribuzzjoni tiegħu. Dik il-kelma “liba” li ħarġet minn ħalqu għal darbtejn għamiltlu vera unur. Ma nistax nifhem kif lil GOuder qabżitlu din.
GOuder m’għandux ix-xorti t-tajba li kellha Simone Cini li din ta’ l-aħħar kienet tiġi meqjusa bħala persuna umana minn nazzjonalisti fil-kampanji elettorali. Saħanistra Fenech Adami kien jimxi warajha u jħalliha tidħol qablu fil-coaches. Il-Maltafly tispjegalna r-raġuni tal-ġentilezza ta' l-eċċellenza tiegħu.
GOnzi xortih ħażina wkoll miskin. It-tieni kap tiegħu (il-bwiet ta’ Tony Abela li joħorġu l-flus tal-kuntratturi) iwaqqgħalu kelmtu malli jitniffes.
GOnzi : “Iva, jiena naqbel ma’ Musumeci, m’ghandnix nattakkaw personali.”
T.A. Baracus: “(Gouder) Liba. (pawsa ta' 4 sekondi and action) Liba.”
NET cameraperson: (idawwar il-camera f'post differenti)
Il-kap ta’ GOuder iħobb jiċċajta ħafna. Qalilna li l-ispettaklu li wera f’Birżebbugia kienet ċajta li ma rnexxietx. Għax Sant, skond hu, ma jafx jiċċajta.
Hawnhekk ma naqbilx miegħu. Sant jaf jiċċajta ħafna. Iċ-ċajt tiegħu jirnexxi iżżejjed.
Iċ-ċajta ta’ meta kellu jirriżenja belagħha huwa wkoll!


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home