Il-millennium bug tad-demokrazija

Ġesù kien għamel partit. Il-partit ta’ l-appostli. L-istorja kulħadd jaf kif tispiċċa. Wieħed imsallab rasu ‘l fuq u l-viċi kap imsallab rasu l-isfel.
Il-partiti kienu jaħdmu xi darba, forsi. Il-partiti u l-forza tagħhom kienu ta’ xi ġid għar-riżultati li għandna llum, forsi. Ġorġ Borġ Olivier kellu partit ukoll, xi darba. Iltaqgħu minn wara daru, ġo daru, fil-11p.m., waqt l-aħbarijiet tan-NET u tajruh lil hemm. Duminku Mintoff ukoll kellu partit imma kien jagħmel kollox hu. Il-viċi kap ta’ Mintoff u x-xufier ta’ Mintoff kien jisimhom Mintoff. U r-riżultati nkissbu tassew.
Alfred Sant, meta kien għadu jismu Alfred Sant, ukoll prova jagħmel bħal Mintoff u jkun ix-xufier tiegħu nnifsu. Imma Mintoff kien għadu hemm preżenti!
Illum il-partiti ilhom 25 sena bil-pensjoni. Bil-pensjoni jiġifieri għamlu xogħolhom, nirringrazzjawhom però posthom huwa ġo bini li x’aktarx il-MEPA se twaqqa’ fuqhom.
Fil-laqgħat tal-partit laburista malti ma tarax żagħżugħ wieħed. Nies anzjani li flok iridu futur għall-uliedhom iridu jsalvaw l-istorja tal-passat tagħhom. Il-ftit żgħażagħ li hemm f’dan il-partit malti dejjem wara l-computer, bħali, jiktbu ittri lill-gazzetti b’eloġji lejn l-mlp u jtellgħu l-YouTubes favur il-Fredu nazzjonali u juruna l-anzjani ħerqana biex ir-rebħa tagħhom, xi darba terġa’ tkun. Il-laburisti meta jixtru l-qabar tagħhom, m’għadhomx jagħmlu ritratt tagħhom personali iżda ritratt tal-Fredu, flimkien ma’ maktur tal-labour flimkien mal-horn taċ-ċelebrazzjonijiet għal meta jasal il-mument.
Minn naħa l-oħra l-Gonz għandu ħafna żgħażagħ li jattendu l-meetings. Minn meta l-Gonz wiegħed breast screening nazzjonali bla flus, il-ġuvintur bi ħġarhom itellgħu nisa fuq spallejhom biex ikun jistgħu jmissu xi żejża u t-tfajliet ixejjru l-bnadar. L-unika żagħżugħ li għandhom fil-partit irnexxielhom b'xi mod jumiljawh.
L-unika ħaġa komuni bejn iż-żgħażagħ nazzjonalisti u laburisti hija li qed jieħdu ħsieb il-hi5 tal-politiċi favoriti tagħhom. ( http://votemangion.hi5.com - http://clydepuli.hi5.com ) Il-politiċi kull ma jonqoshom jagħmlu huwa ftit piercing maż-żokkra.
Kieku ma jeżistux il-partiti: George Abela u Lino Spiteri kienu jibqgħu jeżistu u Michael Falzon isib postu.
Kieku ma jeżistux il-partiti: Tony Abela jintbgħat jagħmel il-purċissjonijiet ħafi bil-ħġieġ fl-art quddiem is-suldati Rumani jbossulu.
Kieku ma jeżistux il-partiti: il-Gonzi jieqaf iħalli lil niesu jwaqqgħuh għan-nejk quddiem l-Ewropa kollha.
Kieku ma jeżistux il-partiti: Il-Ħaddiem ikollu unions li jaraw l-interessi tiegħu.
Kieku ma jeżistux il-partiti: Ma jiggvernawx il-bankiera, il-bankini, il-kuntratturi u l-gruppi farmaċewtiċi.
Kieku ma jeżistux il-partiti: L-iStati Uniti ta’ l-Amerika ma kinux jeżistu.
Kieku ma jeżistux il-partiti: It-theddid lill-kandidati fuq il-familji tagħhom u l-post tax-xogħol qatt ma kienu jeżistu.
Kieku ma jeżistux il-partiti: L-interessi tal-Poplu jiġu l-ewwel u qabel kollox u l-karozzi tal-ministri fil-belt Valletta ma jitħallewx mixgħulin tul id-diskors tal-budget kollu inkluża l-konferenza stampa quddiem kastilja.
Din hija r-raġuni li Norman Lowell u l-ħbieb tiegħu ta’ VivaMalta għadhom ħajjin forsi. Għax, sa issa, għad ma hemmx partit. U forsi mhux se jagħmlu wieħed, għax forsi fehmu li l-idea tal-partiti speċjalment f’Malta hija skaduta, burokratika, ma tistax teħles faċilment minn min qed jostakola, u huwa faċli tiddissoċċja ruħek minn min ikollu ideat mhux bħal tiegħek u jilbes ġiżirana b’Hitler fuqha mibgħut minn xi partit ieħor u flok ikun hemm tgħajjir ikun hemm opinjonijiet. Dak li jissejjaħ Creative Commons: inti għandek idea, jiena għandi idea. Ejja nfehmuha lil xulxin.
Meta ċ-ċittadin imur jivvota lil xi ministru ma jkunx qed jivvota lill-ministru iżda lill-aġent tal-kuntratturi, lill-aġent tal-bankiera, lill-aġent tal-vatikan u tal-gruppi farmaċewtiċi. Il-ministru nkarigat mis-sindku ma jkunx espert fuq is-suġġett imma jqabbad esperti oħrajn.
Mela x’nambuh lill-ministru? Mhux aħjar niffrankaw il-flus mill-aġent u nivvotaw għal nies esperti direttament fil-qasam u flok jitbassu u jitgħajjru fuq affarijiet li ma jifhmux iħallu f’idejn min jifhem u li għandu l-interess tal-pajjiż jiġi l-ewwel?
Permezz tat-teknoloġija ta’ l-informatika, min huwa vera ntelliġenti jaqbeż 170 ħanut minn 200, li skond l-Intelligent Community Forum Malta għandha u jixtri direttament minn fuq l-internet u jaqbeż l-aġent.
Il-kandidati għall-elezzjoni ġenerali fuq distrett wieħed għandhom ikunu :
- esperti fuq l-edukazzjoni
- esperti fuq l-ekoloġija / ambjent agrikolu (1)
- esperti fuq l-ekonomija
- esperti fuq l-enerġija / ambjent agrikolu (2)
- esperti fuq l-informazzjoni / teknoloġija / komunikazzjoni
- esperti fuq il-politika
- esperti fuq is-saħħa
- esperti fuq it-trasport
- espert li ma jħallix lill-vatikan jindaħal fid-deċiżjonijiet ta' l-esperti mtellghin mill-Poplu ta' kull reliġjon u tendenzi sesswali
(dan ta' l-aħħar fil-każ noqgħod jien)
Il-General Executive Director Manager ikun il-Poplu li qabel dan l-espert jieħu kull deċiżjoni għandu jintalab il-permess tal-Poplu u jiġi nfurmat kemm bil-vantaġġi u kemm dawk li m’humiex.
Jekk dan l-espert ma jagħmilx xogħolu sewwa, jiġri bħal ma jiġri f’kull kumpanija oħra. Dan l-espert jitkeċċa u tinħareġ vacancy fuq it-Times immexxija wkoll minn editur magħżul mill-Poplu.
Il-partiti huma l-millennium bug tad-demokrazija.
Għalhekk Sawlu baqa’ ħaj meta gidmitu l-lifgħa. Għax il-velenu mar kollu fil-partitokrazija!
Dan Sawlu ukoll ghamel partit f'Malta. Wara ftit mar hu stess b'volontà tieghu lejn Ruma biex jaqtghulu rasu!


































2 Comments:
While a lot of that which you say I have to presume to be truth, the core issue rings very true.
When one has a political system which is loded similarly to the shopkeeper who rests upon one side of the weighing scales while determining price (or, in the context of politics, is setting the bar too high for individuals to aspire for a fair election)...
When the price of entering a single district in election keeps rising, making it even more certain that the small cannot compete with the big cartel that leeches off the islands...
When one has a political duality where it seems a lot like a Punch and Judy match - with strings visible...
When one has a political system where people find themselves having to guess who is going to represent their interests least poorly...
When, as a consequence, the Maltese people stop voting with their heads and start voting with their feet... when they put on their 3D glasses and see red and blue... only...
When it is virtually unanimously decided by the beneficiaries that the benefactors, the maltese people, ought to help fund the parties through their own taxes... without asking the people of course...
When the benefactors wave their flags with their infants staring on cluelessly at loud rallies... a sign of blind approval...
When the environment and animals only start to get any consideration at the approach of the elections... since animals and nature have no vote and no memory of the vast exploitation and negligence vested upon them...
When a Prime Minister has the gall to claim that the environment is a #1 priority of the government whild considering golf courses and "closing off" development zones/ contributing to the sprawling cancer of "development" on these Islands...
When an Opposition does not appear to have any real conviction to win an election any time soon and remains leader in spite of past failures and a lack of any sign of improvement...
When two right-wing movements spring out of thin air purporting to be movements when one clearly states that they are closer to PN and MLP than the original right-wing entity, and the other not only has transplants from the old and not only adopts some of the original's rhetoric but goes the way of the mainstream parties claiming that 'ideology' is not of great importance to them without an ideal where would reality be?!)... not to mention clearly stating in their opening conference that they are aimed at gathering the disgruntled Blues and Reds (hint - who are they gathering them from and for (hint - from the small for the big))...
...and so many more things that do not come to mind...
...how is Malta ever to win? The elections have been turned purple!
Now thats democracy - the MLPN way...
Excellent!
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home