Il-Maltin mhumiex razzisti...s'issa

L-istorja ta’ Michael Mifsud nislitli demgħa. Storja ta’ bniedem li mingħalih li sejjer jiltaqa’ ma’ l-impjegat tagħna Gonzi iżda spiċċa f’attività politika bil-qegħda maġenb l-impjegat ta’ l-impjegat.
Xi traġedja nazzjonali!
Biex il-gvern ipatti ta' dak li seħħ ma' dan il-footballer, il-ġenituri tat-tfal ta’ l-iskola ffirmaw karta biex mingħalihom jibgħatu t-tfal jitpaxxew bil-ground nazzjonali tal-football u jħallsu Lm1 tat-trasport u 25 ċenteżmu biex ikunu jistgħu jilbsu l-jeans. Dawn it-tfal, preparati għat-tilqim u skoss mediċini futuri, jispiċċaw f’ritratt bi strixxa f’idejhom.
Ħarja f’wiċċ id-data protection act.
M’għadnix nistagħġeb għaliex ħafna koppji ma jridux tfal u min ma jistax ikollu jmur jixgħel xemgħa quddiem San Benedittu. M’għadnix nistagħġeb għaliex hawn maġġoranza ta’ nisa fid-dinja li jaqblu ma’ l-abort. M’għadnix nistagħġeb għaliex dawk it-tfal wara għaxar snin edukazzjoni, jaċċettaw li jikkonsmaw flixkun inbid bi prezz ta’ għaxra.
X’inhi l-iżjed problema li għandna f’pajjiżna : ir-razziżmu jew l-immigrazzjoni llegali? L-intolleranza jew l-illiteriżmu?
Skond il-gvern ftit hawn razzisti f’Malta. Mela jekk hawn minoranza għaliex tinħela ġurnata ta’ lezzjonijiet biex it-tfal joħorġu bi strixxa “Le għar-razziżmu.” Tliet xhur vaganzi tas-sajf ma kinux biżżejjed?
M’għadux illegali tinterrompi l-lezzjonijiet u tbiddel l-aġenda tal-curriculum skolastiku? Dan razziżmu kontra Bondi+.
Kollox sar legali fejn tidħol l-immigrazzjoni llegali.
Is-soċjetà anti-razzista tgħid li “L-ebda uman mhu llegali.” Saqsi lill-vittmi ta’ l-istupri li kellna dan l-aħħar.
Il-gvern qal il-verità: “hawn ftit razzisti f’Malta.” Ir-razzisti se jiżdiedu skond kemm irid il-gvern. Huwa l-gvern li jrid iżid ir-razziżmu. Dawn il-kampanji tan-nejk li qed jagħmel huwa eżempju prattiku. Il-gvern qed jindirizza l-problema żbaljata.
Il-Malti jieħu pjaċir issejjaħlu ġaħan, rieqed, mejjet, lagħqi, miki-maws, pastizz u bla bajd imma jekk issejjaħlu razzist iqum fuq tiegħu u jkisser kull ma jsib quddiemu.
Jekk tifel iswed ikun fil-Belt jimsaħ iż-żraben lil sinjur Malti dak huwa parti mill-folklor. Jekk tifel Malti jagħmel l-istess, il-ġenituri tiegħu jispiċċaw il-ħabs.
Le għar-razziżmu.


































1 Comments:
samhaw, fakkartni fil-quote famuza tas-sow koold prezident Iranjan: "f'pajjizna m'hemmx omosesswali!"
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home