contact: info@sandrovella.org

Wednesday, 24 October 2007

Il-karta l-bluna

L-unjoni ewropea tintroduċi l-karta l-bluna lill-immigranti legali.

Dan se jseħħ biex l-immigranti li għandhom talenti fl-inġinerija u kwalifikati f’setturi partikolarment partikolari jkunu msejjħa minn ażjendi u kumpaniji ta’ riċerkaturi fl-Ewropa.

Fl-antik kienu jemigraw il-bdiewa. Illum jemigraw il-gradwati. Il-bdiewa tal-lum jemigraw fi Brussell.

Issa li l-qagħad naqas b’555 persuna, il-politiċi mpjegati tagħna jistgħu jivvotaw għall-karta l-bluna biex jkomplu jżidu l-qagħad.

Nispera li l-impjegati Maltin ma jivvotawx din il-politika. L-isperanza hija l-ewwel li tmut.

Għandi l-pda mimli Maltin b’talenti fl-inġinerija, fil-fiżika, storiċi ta’ l-arti tar-rinaxximent, interpreti tal-griek l-antik li jservu fi Spanja bħala riċerkaturi, fi Franza fil-multinazzjonali u fl-universitajiet ta’ Londra, fl-iSvizzera (CERN), u l-Columbia University fl-Amerika.

F’Malta, l-Ewropej ta’ livell għoli ma jistgħux jaħdmu f’pajjiżhom. Mhux qed nirreferi għalija, jiena abbli fil-miżerja: miżerabbli li għadni nikkrea dan il-blog bl-html u l-aħħar software li użajt kien il-Microsoft Front Page.

Sakemm id-dinja tal-business people mhux se tifhem li fuq il-prezz ma tistax tikkompeti imma biss fuq il-kwalità!

L-imħuħ qed jaħarbu u nies tat-tip bħali qed ikollhom l-iżjed suq burokratiku fid-dinja.

Hemm bżonn li jiġu protetti l-gradwati li qed jagħmlu xogħol umli li ma jixirqilhomx biex iħallsu l-petrol meta jmorru għax-xogħol u jmorru lura d-dar. U mhux jiddaħħlu l-immigranti!

Il-gvern irid lill-Maltin isiru razzisti.

Din il-karta l-bluna hija mnebbħa mill-karta l-ħadra ta’ l-Amerika li għandha tliet skopijiet: tnaqqas l-immigrazzjoni llegali, tkun bħala anti-biotic kontra ix-xjuħija fil-popolazzjoni u tnaqqas it-tnaqqis fil-kamp tax-xogħol. Skond statistika tal-kummissjoni ewropea, 55% ta’ l-immigranti kwalifikati jmorru fl-Amerika fil-waqt li 5% biss imorru fl-Ewropa.

Jekk din tal-karta l-blu tirnexxi żżid il-volum tax-xogħol sfurzat, l-unjoni ewropea se jkollha bżonn 20 miljun immigrant fl-10 snin li ġejjin. Figura li Franco Frattini ma jridx jammetti. L-anqas Gonzi u Sant ma jridu jammettuha għalkemm ma jafux fuq x’hiex inhu s-suġġett.

Iżda Mohammed Yasser Boubekri, mexxej ta’ National Collective in Support of Citizenship and Democracy għandu l-ideat ċari :

“Il-futur ta’ l-immigranti għandu jkun deċiż dejjem minnhom infushom. Għandhom bżonn jiffurmaw xibka, rappreżentanza, kummissjoni. Ikollhom il-garanzija li mhux biss se jaħdmu fl-Ewropa imma jkollhom ukoll id-dritt għall-vot u jibbenfikaw mid-demokrazija.....

.....l-immigrant se jkompli jħossu vittma tal-lingwaġġ li jirriduċih għal terminoloġija speċifika li ġġagħlu tħossu oġġett u dibattitu sempliċi għall-opinjoni pubblika, mingħajr it-triq ta’ l-espressjoni fuq il-kultura u l-identità tiegħu.”


Il-kummissarju ta’ l-unjoni ewropea dwar ġustizzja, libertà u sigurtà; qal li jekk il-pjan tal-karta l-blu ma jirnexxix l-Ewropa tibqa’ tilqa’ nies mhux kwalifikati u dawk li jkollhom livelli baxxi jew medji.

L-immigranti llegali biex jidħlu Malta m’għandhomx bżonn il-passaport imma ċ-ċertifikat ta’ l-ECDL, li probabbli jkun mitluf mal-passaport.

informazzjoni :

BBC

1 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Int xiz-zobb tkun?

31 October 2007 00:16  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home