Id-dilemma morali ta’ Marijaroża

Jiena nirċievi u jiena nippubblika.
"XARABANK din is-sena se jagħmel programm li jiddiskuti Dilemmi Morali – jiġifieri stejjer fittizji maħluqa minna stess li jintemmu bil-mistoqsija “Kieku int x’tagħmel f’din iċ-ċirkostanza?”
Jekk hawn xi ħadd li għandu idea ta' xi dilemma morali li nistgħu niddiskutu jekk jogħġbu jibgħata lil: elainesaliba@gmail.com
Grazzi."
L-idea tiegħi dwar rakkont ta’ dilemma morali :
Marijaroża, laburista mġiddma, kienet mimduda għand it-tabiba tagħha meta ħassitilha boċċa f’sidirha u din tata parir biex tagħmel breast screening. L-ewwel pass tal-breast screening kien bil-fors li ssirilha mammografija.
Marijaroża ma riditx tpaxxi lil Gonzi li qal li l-breast screening se jkun liberu u bla flus għal kulħadd.
B’hekk Marijaroża marret tibki u tiftaħ qalbha man-nanna ta’ 96 sena. U din in-nanna ma setgħetx tifhem x’inhija din il-mammografija. In-nanna ta’ Marijaroża meta kienet żagħżugħa kienet tpejjep u tixrob minn taħt meta kienet tiġġerra fil-kuriduri ta’ l-azzjoni kattolika u minn mindu Wenzu tagħha mar jgħix f’San Vinċenz reġgħet qabdet il-vizzju u nofs il-pensjoni tmur għand il-McDonalds u għada mimlija bl-għomor sal-lum. Imma b’din il-mammografija qatt ma semgħet.
Marijaroża marret għand oħtha, nazzjonalista mġiddma li għandha razzett u ħadet l-avjarja nazzjonalista minn tiġieġa li taqbel mat-trattat ta' l-unjoni ewropea. Oħtha qaltlilha li għandha taħtaf l-okkażjoni u tmur tagħmel breast screening malajr kemm jista’ jkun biex jekk ikollha xi ħaġa taqbadha mill-bidu u jkunu jistgħu jieħdu ħsiebha t-tobba waqt li ma jkunux qed jieħdu xi photo sessions għall-billboards u propoganda tal-gvern u gruppi farmaċewtiċi biex isaqsuna jekk nafux li l-isptar se jiċċaqlaq. Probabbli minnħabba l-parking ta' l-università.
Il-proneputi tan-nanna, jiġifieri t-tifel ta’ oħt Marijaroża kien qed jisma’ kollox minn wara l-bieb. Dan iż-żagħżugħ inzerta jobgħod ħafna l-logħba tal-monopoly u mar ħdejn iz-zija u daħħalha fil-kamra tiegħu u uriha l-computer b’operating system tal-linux.
Iz-zija Marijaroża mistagħġba ma setgħet tifhem xejn għax qatt m’użatu dak il-programm. Sadanittant il-proneputi tan-nanna, daħħalha ġo web-site tas-saħħa fejn id-domain ma kienx jispiċċa .gov.mt imma .gov biss u din Marijaroża reġgħet baqgħet iċċassata u żżid l-iskantament.
Il-web-site hija din:
(National Cancer Institute)
http://www.cancer.gov/cancertopics/pdq/screening/breast/HealthProfessional
Marijaroża qrat sew dik il-web-site li taha n-neputi tagħha. Qrat affarijiet li la Gonzi, la Deguara u wisq anqas ovvjament Sant qatt ma qalu.
Moħħ Marijaroża jidher li nfetaħ sewwa u ndunat li d-deċiżjoni li għandha tieħu dwar l-iscreening għandha tkun deċiżjoni individwali wara li tieħu għarfien sew tar-riskji u tal-benefiċċji separatament mill-kampanji elettorali, propogandi tal-gvern, marketing u slogans minn dawk li jgħixu u jipprosperixxu minn fuq l-iscreening u min jaqbillu ma jagħtix l-informazzjoni kollha u onesta.
Id-dilemma ta’ Marijaroża:
Apparti jekk tużax Internet Explorer jew Mozilla Firefox, wara li qrat l-istampa kollha, d-dilemma ta’ Marijaroża llum hija : -
”Għandi nagħmel breast screening jew le?...Kieku int x’tagħmel f’din iċ-ċirkostanza?”
informazzjoni li ġabret Marijaroża:
Minn elf mara bejn 40 u 50 sena li kull sentejn jagħmlu mammografija, in-numru ta’ mejtin evitati f’medda ta’ 10 snin fil-paragun ma’ elf mara li ma jagħmlux il-breast screening huwa ta’ 0.5 . Il-benefiċċju jitla’ għal 1.9 mewt evitati għal nisa bejn il-50 u s-60 sena.
Ir-riskji:
1. over-diagnosis: jiġifieri trattament fuq tumuri li qatt mhu se jevolvu. Dawn ikunu bejn l-20 u l-50% ta’ l-iscreening. L-over-screening bil-konsegwenzi kollha tiegħu.
2. riżultati foloz pożitivi: jinvolvi 50% tan-nisa li jagħmlu 10 snin screening test, 25% minn dawn in-nisa jkollhom imorru taħt biopsia kirurġika.
3. sens falz ta’ sigurtà (bejn 6 u 46% tan-nisa b’kankru li jinfirex, fil-mammografija rriżulta li ma jeżistix).
4. kankru fis-sider provokat mill-iscreening, speċjalment min-nisa li bdew l-iscreening minn età żgħira (bejn 10 u 32 tumur fis-sider kull 10t elef mara huma esposti minn dożi ta’ radjazzjonijiet).
Biex tibgħat id-dilemma morali tiegħek lil Xarabank, għafas hawn.
Biex tibgħat e-mail lill-ministeru tas-saħħa għafas hawn.
Grazzi.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home