Id-demgħa tal-bankier

Il-president tal-bank ċentrali ewropew inissel demgħa waqt il-preżentazzjoni ta’ l-istilla.
Mill-1 ta’ Jannar 2008 mhux il-lira biss se tinbidel imma wkoll l-idjomi Maltin. Il-lira se titrasforma f’euro u d-dmugħ tal-kukkudrilli fid-demgħa tal-bankier.
Meta nara bankier jibki, ġeneralment għax il-bank tiegħu jkun falla. U jekk dan il-bankier huwa il-president tal-bank ċentrali ewropew, jiena nibki miegħu wkoll.
Il-bankier emozzjonat minn Diċembru 2005 ried iżid ir-rata ta’ l-interessi biex ikollu impatt pożittiv fuq l-inflazzjoni. Imma maż-żieda ta’ din ir-rata żied il-qagħad. In-nies xtrat l-euro, żidulu l-valur tiegħu imma naqset l-esportazzjoni. Probabbli kien qed jiftakar fin-nies qegħda meta d-demgħa misset laħqet ix-xoffa u baqgħet nieżla fuq il-ponta ta' l-istilla.
Id-daħla ta’ l-euro f’Malta kienet parti mill-kontenut tal-pakkett famuż li bih Malta ffirmat id-dħul tagħha fl-Unjoni Ewropea. Fl-ebda kampanja elettorali ma ssemma l-każ li bir-rabta ma’ l-Unjoni Ewropea, l-euro se tidħol flok il-lira. Issemmiet l-iSvizzera fil-Mediterran, it-toroq, il-bankini u l-fjuri, il-karozza ta’ Alfred Sant, iben Fenech Adami imma l-euro qatt ma ssemmiet u wisq anqas diskussa u meqjusa bis-serjetà.
L-ewwel darba li ssemmiet bħala sentenza sħiħa u mingħajr tlaqliq li d-daħla ta’ l-euro kienet parti mill-pakkett kien f’lejlet il-jum ta’ l-indipendenza fuq il-fosos tal-Floriana, jiġifieri tliet xhur qabel ma tidħol fis-seħħ, flimkien ma’ diskorsi fuq il-kunċerti u toroq ġodda li saru fil-pajjiż.
Il-problema prinċipali mhix l-euro imma l-gvern li se jmexxiha. L-unika għażla li tagħna l-bankier imbikkem hija li nistgħu nagħżlu liema waħda mill-ponot ta’ l-istilla se ndaħħlu fil-patata.
Skużawni l-edukazzjoni.
informazzjoni :
Joseph Stiglitz – premju Nobel għall-ekonomija.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home