contact: info@sandrovella.org

Thursday, 18 October 2007

Customer Care

Tiftakruh żmien id-Dial Up Networking tal-Windows 98 Second Edition Service Pack 0.01 Hotfix numru tliet elef u seba’ mija u għoxrin?

Tiftakruh iż-żmien ta’ meta konna nużaw il-Voice/Fax Modem biex inċemplu lill-ISP u jqabbadna ma' wieħed mill-modems tiegħu meta jirnexxielu?

Tiftakruh dak iż-żmien meta konna ngħollu t-telephone u jinqata’ l-internet? Issa ż-żmenijiet inbiddlu tassew. Illum tgħolli t-telephone u l-internet jibda jaħdem.

Din mhix ċajta.

Ir-rakkont ta’ l-esperjenza

Għandi l-problemi bl-Internet u nċempel lil ISP tiegħi...tiegħi nsomma...li nħallas għalih jien...għandi speċi ta’ share li ma jirnexxilux jiġi shared l-anqas bil-Kazaa.
Inċempel lil ISP tiegħi u f’daqqa waħda l-internet jerġa’ jaħdem (il-bozza ta’ DSL Line Synchronisation terġa’ tiġi fissa u ma tpetpitx).

Jiena kont ngħid li l-ISP jinduna li se nċempillu u mal-ewwel jirranġahuli biex iwaqqgħani għan-nejk. U vera kull darba li nċempel lil ISP l-internet jibda jaħdem waħdu.

Din ġratli wkoll f’xi t-3.00a.m. meta ċempilt il-Customer Care u sibt wieħed li qiegħed hemmhekk biex jaqla’ lira wara li għadu kemm ġie mill-full time ta’ bil-lejl. Il-fatt li jkun hemm bniedem nofsu rieqed fil-post tax-xogħol biex jitma lill-familja tiegħu u nifthemu bl-Aramajk, diġà nħossni assigurat li l-internet se jaħdimli.

Però it-technician kien jgħidli li l-internet kien qed jaħdem u ma kienx qed jigdeb!

Qtajt u baqa’ jaħdem għal xi 20 siegħa meta reġa’ nqata’ u kelli bżonn inċempel ħabib tiegħi u malli qabad it-telephone, l-internet reġa’ beda jaħdem.

Bdejt nagħmel dan l-esperiment u vera rnexxa. Jirnexxi meta l-bniedem jwieġeb it-telephone u mhux meta jibqa’ jdoqq. B’hekk f’nofs ta’ lejl, biex ma nqajjem lil ħadd, niftaħ il-yellow pages li sewa għal xi ħaġa u inċempel fax machine ta’ xi kumpanija li bil-lejl ma taħdimx, fil-fatt ċempilt Ħaġar Qim u din il-fax tweġibni waħidha u l-internet jibda jaħdem waħdu.

Provawha!

Effetti kollaterali: Is-soluzzjoni tal-fax machine iddum fis-seħħ kull 14 –il minuta li ċċempel fuqha.

sandrovella.org - made for you

10 Comments:

Anonymous Anonymous said...

U int ha tibqa mal-Maltanet? Ehm Go?

19 October 2007 11:21  
Anonymous Anonymous said...

Inti hu cans ma dak li jtaqqablek toqba biex jghaddilek cable. Ara kif tmur.

19 October 2007 13:50  
Anonymous Anonymous said...

ghall-inqas itik il-hello b'xejn u ma tehel xejn biex iccempel tikkomplejnja.

19 October 2007 14:06  
Anonymous Anonymous said...

L'istess problema hawn Sandro u taht ta-gholja bhalek.

19 October 2007 15:01  
Anonymous Anonymous said...

It-tv ghandek ragun tal-qamel.

Il-hello incempel barra bih, ghadni kif cempilt l-Ingilterra u l-Italja.

Fl-internet nihhamallja hafna, youporn.com, irc, kazaa, kollox jinzel.

Iwa ghandek charge ta xi Lm7 u jibqalek biex tixtri tnejn irkotta.

Kemm ahna tan-nejk eh; wiehed Hello u l-iehor Go.

19 October 2007 15:44  
Anonymous Anonymous said...

x ghandu x jaqsam li almenu biex tikomplainja iccempel b xej... il go mhux freephone? u wara kollox...biex iccempel lil cable dejjem andek mil inqas 5 mins...mux ax il go le ta imma dejjem ahajr

21 October 2007 13:42  
Anonymous Anonymous said...

Jien qrajt dak li hemm miktub dwar it-telefonata li saret minghand il-vitma lil ISP u provajt nifhem is-sitwazzjoni kemm jista jkun.
Issa huwa veru li technicans hemm kemm dawk li huma specjalizati fuq ADSL (internet) u kemm fuq il-linja tat-telephone, allura ghalhekk qalu lil vitma li l-ewwel iridu jaraw min fejn gejja l-hsara ezatt jekk hux mil-linja jew is-sistema tal-internet. Din taf tkun problema li tisolva malajr jew inkella iddum u meta iddum mhux bilfors ghax it-technicians jew il-kumpanija huma hziena imma ghax jinvolvi t-testing tas-sistema shiha u certu drabi sfortunatament il-problema ma tkunx tista tisolva.
Jekk dan huwa l-kas il-klijent huwa xieraq li jigi avzat u s-servizz ma jinghatax mill-ewwel jew inkella tinghata xi tip ta refund.
Min naha l-ohra il-vitma ghandu ragun ghax huwa qed ihallas lil ISP u s-servizz mhux qed jaqdih kif suppost.

F'kelma wahda kullhadd irid jifhem lil xulxin u l-problema naraw ezatt min fejn tkun gejja biex forsi xi darba jintlahaq kompromess u dawn l-affarijiet ma jirrepetux ruhom ghax inkella fil-kas tal-ISP jitilfu l-klijenti u l-klijent jibqa minghajr servizz.

Nixtieq nghid ukoll dwar l-ISP li jkun ahjar jekk dawn isibu soluzjoni biex it-technicans jifthemu aktar bejnithom stess u mhux joqoghdu jghaddu min wiehed ghal iehor u jhallu l-klijenti bla risposta u bil-problema. B'hekk il-problema tkun tista tigi tackled ahjar u aktar malajr u b'hekk nibzghu ghal klijenti.

21 October 2007 16:35  
Anonymous Anonymous said...

You have filtering problem on your line my friend. thats why your line comes when you are using the phone..etc

21 October 2007 20:17  
Anonymous Anonymous said...

Il filters iccekjajtom? kemm il telephone andek imqabbad u bil filters? jek andek iktar minn 4 ahjar tamel centralized! il problema mux mill go ima mid dar tijak!

22 October 2007 13:45  
Blogger Benny said...

ija problema tal filters ghax jien kelli hekk u tghidx kemm kont naqa ghan-nejk, imma meta ghamilt is-centralised kollox gie fuq ir-rubini :)

11 February 2008 15:10  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home