contact: info@sandrovella.org

Monday, 22 October 2007

Mobile - Cancer : il-kollegament jeżisti

Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2007, bejn disconnection u oħra, irnexxieli nara biċċa minn programm tal-PBS. Programm vera nteressanti, informazzjoni edukata, preżentatriċi prenżetabbli. Il-programm kien dwar is-saħħa.

Il-PBS ukoll jagħmel l-almu u l-ħila tiegħu biex jikkompeti mal-vojt ta’ Mater Dei u mal-kuriduri mimlija ta’ San Luqa, jew xi parking ta’ pazjent maġenb il-canteen.

Il-programm qal li ma hemmx kollegament bejn il-kankru tal-moħħ u l-mobile phones u l-anqas fl-antenni tagħhom.

Dan l-aħħar żmenijiet fuq ix-xandir nazzjonali u xandiriet oħrajn rajna ħafna riklamar ta’ kumpaniji li jinstallaw l-antenni ‘l hawn u ‘l hinn. Ir-riklamar kien ukoll parti mill-bullettini ta’ l-aħbarijiet.

B’kumbinazzjoni fi programm iddedikat kompletament għas-saħħa, ix-xandir nazzjonali jgħidilna li dawn l-istess tipi ta’ antenni ma jagħmlux ħsara lill-moħħ.

La l-informazzjoni televiżiva tgħidlilna li nistgħu nserrħu rasna, nistgħu nagħtu l-mobiles lit-trabi flok l-interphone.

Jew l-antenna tal-Għargħur qed tagħmel l-effetti tagħha jew il-but ta’ xi ħadd qiegħed jikber.

Occupational Environment Medicine - Ir-riċerkaturi mmexxija mill-professur Lennart Hardell jispjegaw kif l-użu intensiv tal-mobile phone għal żmien itwal minn għaxar snin, jirdoppja s-sogru li jiġu żviluppati żewġ tipi ta’ tumuri. Neuroma u glioma.

Hindustan Times – Riċerka u investigazzjoni fil-fond fuq 1,429 suġġetti milquta mit-tumur tal-moħħ u fuq 1,470 persuni li huma b’saħħithom li jgħixu fl-iSvezja. L-impostazzjoni differenti ma jbiddel l-ebda konsegwenzi ta’ l-istudju. Il-gazzetta indjana tispjega kif l-ixjenzati jsostnu li l-mobile phones jistgħu jirrapreżentaw sogru fl-abitanti taż-żoni rurali fejn il-potenza tas-sinjal tiġi miżjuda biex tagħmel tajjeb għad-distanzi. Hardell jiddikkjara: “Iżjed huma fir-riskju dawk li jgħixu fil-kampanja milli fl-ibliet. Iżjed f’saħħtu s-sinjal: Iżjed riskju.”

Issa fhimt għaliex il-gvern qed jeqred il-kampanja!

Jeżistu persuni kwalifikati u umani li qed jagħmlu riċerki serji dwar dan il-fattur. Nies li jagħtu r-riżultati tagħhom u jibqgħu għaddejin bir-riċerka peress li kollox jibqa’ dejjem kważi konfermat.

Imma l-businessmen huma xjenzati kwalifikati u diġà kkonfermawlna li bejn il-mobile u l-cancer fil-moħħ ma hemmx kollegament.

Issa nifhem għax hawn min isiefer Lourdes biex ifieq minn xi marda mal-vojtila business airlines.

Meta jkolli uġigħ ta’ ras nibda mmur għand il-kuntratturi għar-riċetta.

Il-moħħ qiegħed jispiċċa. Wara għaxar snin nuża l-mobile jiena ftaħt dan il-blog.

Però sibna soluzzjoni għall-problema li qed tolqot in-nazzjon koltu: Issa nafu għaliex Sant ġab ruħu hekk fil-meeting ta’ Birżebbugia.

informazzjoni :

Journal of Occupational and Enviromental Medicine
Hindustan Times
News24


Breaking news 12.03a.m.:
Fit-22 ta' Ottubru 2007, l-internet ħadem 20 siegħa konsekuttiva.
It-temp kien ftit imsaħħab, qamri u b'ħafna xita.

3 Comments:

Blogger Sylvan said...

http://www.dailymail.co.uk/pages/live/articles/health/healthmain.html?in_article_id=473553&in_page_id=1774

23 October 2007 10:54  
Anonymous Anonymous said...

Verament prosit Sylvan pero' il-link ma hadimx u jien m'ghandix Go :-)

23 October 2007 11:39  
Anonymous Anonymous said...

Istra hadem ghax fil-post a comment il-link gie trunkat.

23 October 2007 11:40  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home