contact: info@sandrovella.org

Friday, 26 October 2007

Għaliex Yoda iva u l-knisja le?

X’differenza hemm bejn il-ħmerijiet li jbiegħu l-bassara tal-ġejjieni f’din il-ħajja u l-bassara ta’ wara l-mewt?

X’differenza hemm bejn persuna li taqla’ l-flus fuq persuni dgħajfin u istituzzjoni li taqla’ l-flus minn persuni dgħajfin?

X’differenza hemm minn persuna li tagħmel magħmul lill-adultera u persuna li tagħmel magħmul lil min hu omosesswali, separat u laburist?....u tgħidlu li se jispiċċa l-infern!

Id-differenza hija li lil fortune tellers iħallsuhom dawk biss li jmorru għandhom u lill-knisja jħallsuha ankì min għandu l-kredu differenti.

Sa l-2006 il-gvern ta Lm11.6 miljun lira lill-iskejjel tal-knisja
apparti d-donazzjonijiet mhux obbligati bil-pulit mill-istudenti f’kull term.

L-għarajjes ifittxu l-postijiet u l-knisja tbiegħ l-artijiet bl-għola prezz fis-suq. U l-gvern ikompli jimpala l-liri.

Il-knisja ma tħallasx taxxi.
Xi ministru qal: kieku kulħadd iħallas it-taxxi, inħallsu inqas taxxi.

Peppi Azzopardi kellu rabja kbira lejn il-Yoda peress li tagħmel il-magħmul lin-nies u iżjed irrabbja meta tagħmel il-magħmul taħt isem ieħor.

Kull ma kellu jagħmel, Peppi, biex jgħaqqad iċ-ċirku 360 ċelsjus kien li jdur fuq ix-xellug tal-Yoda u jindirizza l-istess affarijiet lill-qassis li kien qiegħed ipoġġi maġenba u jsaqsih x’sar minnu l-porga torju?!

Yoda hija l-ħuta bħall-business tagħha bħal Malti tagħha: kollox żgħir u fqir.

Il-fortune tellers ħaqqhom kumpens mis-servizzi soċjali u kommixin mill-knisja u mhux tgħajjir jew ħabs. Meta wieħed ikun imbeċilli li jixtri magħmul biex jitfgħu fuq bniedem ieħor li għamillu magħmul u jħallas ukoll biex ineħħi l-magħmul minn fuqu u mbagħad imur jagħti donazzjoni lill-knisja fl-offertorju għax mar jiftaħ qalbu mal-qassis, huwa dritt sagrosant li jħallas ħafna flus, ħalli jibqa’ mingħajrhom u ma jagħmilx ħsara f’postijiet oħra.

L-anqas Bill Gates ma rnexxielu jlaħħaq ma' dan il-business! B'hekk iddeċieda li jikkompeti bis-serjetà u jsir missjunarju.

Ġesù Kristu huwa operating system. Free Licence software.

Bill Gates għamel tiegħu l-idea tal-Windows u l-knisja għamlet propjetà tagħha t-tagħlim ta’ Kristu. Kollox bil-copyright bħal karti ta’ l-Ewro flusna.

La l-buddiżmu mhuwiex reliġjon, il-kattoliċeżmu hija r-reliġjon favorita tiegħi...huwa l-ikbar share holder li huwa mnejjek.



Breaking News:
Il-Ġimgħa, 27 ta’ Ottubru: Mit-22 ta' Ottubru il-GO internet broadband inqata’ biss fis-27 ta' Ottubru bejn il-10.11p.m. u l-10.13p.m. iżda naħfirlu għax illum qed inħossni spiritwali.
It-temp kien ċpar.

6 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Prosit Sandro. Tkellimt b'hafna sens f'dan l-artiklu u qajjimt punti validissimi.

28 October 2007 02:01  
Anonymous Maria Borg said...

imissek tisthi tqabbel lil Papa ma Yoda. ahjar tghid talba forsi issalva ruhek

29 October 2007 10:39  
Anonymous United Kingdom said...

Jien haga ma naqbilx mieghek Sandro. int semmejt il gvern jaghti il flus lil iskejjel tal knisja.

Jien skola sekondarja mort Sant'Agatha ir- Rabat. Donation qatt ma talbuna. Taghhom min ried u min ghogbu. Hafna genituri taw daqqa ta' od kif setghu fl=iskola. Missierijiet li kienu mastrudaxxi hadmu l-injam u min kien jaf isajjar qaghad jaghmel il qaghaq ta l-ghasel biex jinbieghu fil-milied.

Jien minn dik l-iskola gid biss rajt u nemmen li jekk l-iskejjel tal- gvern jircievu flus mill-gvern sabiex it tfal jitghallmu, tant iehor ghandhom l-iskejjel tal knisja jinghataw fondi sabiex it tfal li jkunu hadu decizjoni (bhalma kont ghamilt jien) li jattendu skola tal-knisja ikunu jistghu jircievu edukazzjoni tajba u kompluta.

L-iskejjel ma tantx ghandhom xjaqsmu mal knisja ingenerali.

It-tieni punt huwa li jekk int temmen li il hajja wara il mewt ma teziztix dak affarik fuq kollox. hawn min jemmen li jekk tghix hajja tajba wara il mewt issir baqra u jekk tghix hajja hazina wara il mewt issir poodle iswed bl-abjad (biex nevitaw li jajjruni razzist) u kulhadd joqghod jghajjrek ikrah.

Li il-bniedem kattoliku jemmen li hemm il hajja wara il mewt ma taghmilx differenza lil hadd. l-unika differenza hija li il poplu malti irid jindahal u il kattoliku malti irid li kulhadd jemmen li trid il maggoranza.

Jien nghix l-ingilterra. Hawnhekk mawx religjon. Ix xoghol qeghdin 20. Jien u iehor catholic. jien lunika wiehed li mmur il quddies. L ohrajn ala bieb il mouse u jien ma jinteressanix fiex jemmnu. dak affari taghhom.

li peppi joqghod jaghmel proggramm fuq yoda u il knisja u joqghod jerfa saklib in nies juri kemm peppi huwa bniedem fallut u ma jafx xinhu is sens ta programm gurnalistiku. Ghalkemm kif tghid tajjeb int xarabank kwarta programm u siegha reklami tat tapiti.

jien bejn Yoda u il knisja niggudika lil peppi azzoppardi ... li personalment juri fic car kemm mhuwa gurnalista xejn u juri kemm huwa redikolu u antikwat kull meta jaghmel il programm xarabank.

02 November 2007 15:28  
Blogger Sandro Vella said...

Hello United Kingdom u merhba fis-site tieghi fejn tista' tikteb li trid, taqbel u ma taqbilx.

Huwa fatt li l-gvern jaghti flus lill-iskejjel tal-knisja. Il-punt tieghi huwa li l-gvern jaghti flus lil min jghallimna affarijiet fuq bazi ta' dak li tghallimna l-Yoda. U fi propjetajiet li qatt ma kellhom ikunu tal-knisja imma tal-gvern.

Ghaliex l-iskejjel tal-knisja jinghataw fondi u skejjel privati mhux tal-knisja ma jinghatawx fondi mill-gvern?

Il-bqija ghamilt kumment validissimu hafna. Fejn hadd m'ghandu jilhaq salib hadd u jekk cittadin imur ghand il-Yoda jew il-knisja hija responsabbilta' tac-cittadin x'jemmen u ma jemminx u x'ihallas u x'ma jhallasx fuq dak li jemmen.

Jekk xi hadd jixtiqli cancer u mar ghand ta' l-okkult biex jigini cancer mhux se noqghod inhabbel ghajni. Inhabbel ghajni mill-ikompetenza tal-gvernijiet li huma l-unici kawza tal-cancer u mhux fortune teller.

It-twemmin tieghek m'ghandiex tiswa' l-flus qisek mort tixtri washing machine mnejjka u trid flusek lura bi dritt.

U ma rridx li jekk ikun hemm Maltija topless ikun hemm xi fundamentalista jdejjqilha oxxha u z-zejziet taghha u jghidilha li sejra l-infern u dal-hafna hara nejk.

Ghax jiena li nhobb nara hafna z-zejziet ma mmurx ingieghel wahda bil-bikini biex tinzghu.

Thank you talli uzajt il-web-site tieghi biex tikkummenta. Grazzi lilek, lill-anonimini u lil min mhux.

Hafna jarawha din il-web-site pero' ftit jikkummentaw. Jiena nibqa' ghaddej.....

02 November 2007 16:33  
Anonymous Anonymous said...

Sandro prosit ... ghogobtni... ibqa' ghaddej bil-hidma tieghek...

21 May 2008 20:09  
Anonymous Anonymous said...

ahjar tikber min mohhok fazola

05 August 2008 13:46  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home