L-uniformi
Skond Gonzi ma teżistix taxxa fuq is-servizzi ta’ l-edukazzjoni, jiġifieri l-għalliema fis-settur privat ma jżommux taxxa lill-istudent iżda l-għalliem irid iħallas it-taxxa tad-dħul b’hekk l-istudent jagħmel tajjeb għal dik it-taxxa imma ma jħallasx taxxa.
Fis-settur pubbliku, l-istudent Malti għandu l-istipendju jibda minn Lm38 fix-xahar u kif ukoll Smart Card li tibda minn Lm100 sa Lm1,000 .
Jiġifieri l-Gonz għandu raġun : fuq is-servizzi edukattivi ma teżistix taxxa. Teżisti taxxa għall-edukazzjoni.
Il-Fredu biex joħroġ mill-qassata jsemmi l-uniformijiet. Din żgur issuġġerihilu xi ħadd.
Fredu, għażiż Fredu, l-uniformijiet mhumiex parti mill-edukazzjoni. L-uniformijiet huma diżedukattivi. Għaliex wara 11-il sena li omm tħallas il-VAT fuq l-uniformijiet, l-student li jmur post-sekondarja jilbes misluta maż-żokra, ikollu tpinġija man-nippla, u mus (qies: konformi mal-liġi) maġenb il-ġenital?
Għaliex studenta wara 11-il sena li ommha tħallsilha l-VAT fuq l-uniformijiet meta tmur post-sekondarja tilbes flokk taċ-ċingi, qalziet qasir iżjed mill-frenża ta’ xagħri u wiċċha taħsbu li pinġih Leonardo waqt li kellu qasma ħara?
Ir-raġuni : L-oriġni ta’ l-uniformi hija biex student ikun distint mill-ieħor. Biex l-omm tgħid lill-omm l-oħra meta jkunu fil-grocer : “it-tifel tiegħi imur fi skola San Benedittu.” L-omm l-oħra jkollha t-tifel imur fi skola tas-snajja u tħossha ftit urtata. Bħal dak li qallu t-tfal ta’ San Benedittu u ta’ skejjel oħrajn rinomati ma jiġux bżonnhom nies ta’ snajja meta tinstaddilhom il-kanna tal-loki.
L-uniformi topprimi l-kreattività ta’ l-istudent li joħroġha meta ma jkunx iżjed obbligat.
Jekk tassew hemm problema inviżibbli, li student li jilbes il-misluta f’ilsienu u ma jkunx aċċettat mis-soċjetà, din il-problema għandha tissolva biż-żmien u mhux titgħatta bl-uniformi.
Kienu jgħidulna li l-uniformi hija tajba għal student li ma jiflaħx jixtri tibdila kuljum. L-uniformijiet jiswew ħafna iżjed flus mill-ħwejjeġ tad-ditta u minn dak li jgħaqqad student waħdu.
Hemm skejjel, li l-llum fil-jum tal-paċi, kellhom iħallsu 25 ċenteżmu talli flok l-uniformi se jilbsu l-jeans.
Fredu, din hija waħda mill-problemi prinċipali fl-edukazzjoni u fl-università l-parkeġġ hija l-inqas problema li hemm!
Għandi dritt jien għall-kap ta’ oppożizzjoni sura la nħallas taxxa għalih?


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home