contact: info@sandrovella.org

Thursday, 11 October 2007

Bla internet tista’ tgħix, bla xogħol le

Ħsibt li kienet se tkun iebsa. Fil-verità f’din il-ħajja tista’ tgħix mingħajr internet.

Is-sabiħ ta’ din il-ħajja hija li meta tuża l-internet u meta ma tużahx, biex psikoloġikament jgħidlek li mingħajru tista’ tgħix, ukoll qed tħallas l-istess prezz.

Qisni xtrajt flixkun luminata żgħir u qed inħallas l-istess prezz tal-litru. Qisni nivvota lil Sant u bħala prezz inħallas lil Gonzi fl-oppożizzjoni u viċi-versa. Qisek daħħalt il-karozza fil-garaxx u xorta qed tikkonsma l-petrol. Qisek daħħalt erba’ fliexken tal-plastik ilma fil-friġġ bil-lejl u fil-għodu ssib tliet tankijiet taż-żejt vojta.

Ovvjament, idejja tikolni biex tmur fuq il-Możżilla, bħal ma sorm Fredu tieklu biex imur fuq is-siġġu, imma peress li ma stajtx nisfrutta mil-konnessjoni ma’ l-internet għax il-Maltacom u l-Maltanet għamlu s-sess u ħxew kollox billi welldu l-GO. B'hekk kelli ħin mhux ħażin fejn stajt iżjed niffoka fuq dak li jolqot lili dirett personalment u b'xi mod ibegħdni mill-ambjent politiku, ekonomiku u farmaċewtiku.

Għalkemm is-sitwazzjoni tagħhom hija sempliċi u tista’ tgħaqqadha f’kelma waħda: ħarja.

F’dawn il-mumenti bla internet, passati...preżenti u ċertament futuri, għamilt riflessjoni fuq ix-xogħol.

Aħna naħdmu biex inħallsu d-dawl....biex inħallsu l-internet....biex naraw ir-riklami waqt Xarabank! Aħna naħdmu biex ikollna s-servizzi.

Biex nagħmlu minn kollox biex naħdmu aħna kostretti naċċettaw xogħolijiet li ma jogħġbunix, b’paga baxxa, l-ewro tirdoppja l-ħajja u l-pagi le, xogħolijiet li ma jikkorrospondux ma’ l-aspirazzjonijiet tagħna, max-xewqat tagħna u l-anqas mat-talenti tagħna. Biex il-familji tagħna ma jkunux f’sogru u l-anqas l-impenji ekonomiċi, l-iskadenzi u d-drawwiet tagħna aħna kostretti nagħmlu u naċċettaw xogħolijiet miżerabbli, deprimenti u ta’ skjaviżmu. Xogħolijiet li qatt ma konna se nagħmlu kieku ma nibżgħux mill-faqar u mill-ġuħ.

Huma eluf kbar il-Maltin li lesti li jbiddlu xogħolhom jekk ikollom iċ-ċertezza li mingħajr xogħol ma jmutux bil-ġuħ. Dan iwassal għall-ħafna nies dipressi għax ix-xogħol ma ġiex magħżul liberament u b’entużjażmu.

Dak li għandu saqajh fis-sod, ukoll iħares kull sekonda lejn l-arloġġ biex jaħrab mill-post tax-xogħol.

Bħal Fredu, ilu ħames snin iħares lejn l-arloġġ biex jara kif se jirnexxielu jbiddel ix-xogħol u jkompli ma jagħmel xejn b’paga aħjar. U l-Gonz, ilu tliet snin iħares lejn l-arloġġ għalhekk żamm miegħu lil Tony u lil Austin.
Xorta erġajt waqajt fuqhom!

Naħdmu biex ngħixu. Ngħixu biex naħdmu.

Ix-xogħol huwa bħal pimp u s-servizzi li nħallsu huma bħal prostituti: bil-kundizzjonijiet tagħhom.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home