S.A.G. – Aħwa Maltin
Nemmen li ma kinitx deċiżjoni ta’ Alfred Sant li jmexxi b’passi kriminali kontra Austin Gatt. Alfred Sant huwa ferm intelliġenti iżjed minn hekk speċjalment bħala bniedem politiku.
Ok, kienet deċiżjoni ta’ Sant.
Il-każ ta’ Birżebbugia ma huwiex każ normali. Fil-fatt Alfred Sant ma kienx fis-sakra. Mhuwiex każ normali għax il-mexxej nazzjonali jidher li ma kienx prepara d-diskors tiegħu.
Jason ippanikkjat isegwi d-diskors tal-prim u jarah jitwal, jitwal u jitwal mar javża minn taħt lil Fredu biex itawwal u jġebbed id-diskors tiegħu kemm jista’. U Fredu ta’ bniedem intelliġenti li hu, speċjalment fil-kategorija tal-politika, sema’ minn Jason litteralment.
Il-fatt biss li ta widen lil Jason turi ħafna l-intelliġenza strateġika ta' Sant.
Minn naħa l-oħra kien hemm Austin Gatt, ministru tat-teknoloġija li qatt ma eżistit, li ma jkunx fis-sakra meta jneffaq il-flejjes lid-dipartimenti tal-gvern u lill-istudenti fuq prodotti ta’ Microsoft mentri l-istess użu ta’ prodotti jistgħu iġibuhom bla ħlas u jiffrankaw xiri ta’ computers ġodda.
Il-verità hija li Austin Gatt għamel dak id-diskors għax jgħir ħafna għal Alfred Sant, għax Alfred Sant huwa l-uniku bniedem li rnexxielu jfalli iżjed minnu. Austin jgħir ukoll għal Sant għax Sant kellu xi riżenja inqas minnu. Kieku Alfred Sant irriżenja meta kellu jirriżenja kienu jiġu photo finish.
Però Austin Gatt huwa ħafna iżjed makakk minn Fredu. Fl-aħħar induna li ma tridx wisq. Il-makakkerija ta’ Austin qalet il-kelma “ALLEGATAMENT”, li fil-qorti kriminali dik il-kelma tfisser ħafna tant li d-diskors ta’ Gatt ma jfisser xejn.
Fenech Adami għandu x'jitgħallem ħafna minn Austin. Imma miskin, f'dawk iż-żmenijiet ma setgħax, għax ma kienx laħqu l-Vista.
Fredu u Wistin ma jiswewx karlin!


































2 Comments:
Tassew tal-biki :(
Issa għidli lili kif tridni nagħżel bejn dawn it-tnejn eeee!
pastas min tkellem kontra austin gatt...insejtu kemm gab xol f pajjizna...insejtu bil microsoft min erba mitt lira il pakett kollu gie ghaxar liri?...insejtu bl ismart city li se ihaddem 5000ruh gdid...insejtu bl ismart women? mela qed titilfu il memorja hbieb tijaj laburisti? ifthu ajnejkom thallijomx ibellawkom kollox...tghallmu ijjudikaw intom stess.
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home