Becky u Bekka

Iż-żgħażagħ tal-lum għandhom idea ċara xi jridu. Iridu jwaqqfu l-cruises ta’ Becky Vella u jdaħħlu l-cruises ta' Becky Gomperts.
Iż-żgħażagħ iridu l-informazzjoni.
Becky Vella hija mara aloxxha: kienet undercover is-Super One, ħarġet cover version tat-tifla, wara ġlieda fil-miftuħ marret in-naħa l-oħra tal-kamra: ix-xandir nazzjonali u wara li qalgħat il-ħara lil kulħadd marret timsaħ il-ħara lill-attwali president tal-maltin kollha. Bagħtet lil ta’ Skartoċċ tal-WE? jitnejjku b' passi legali għax imitawha b’sidirha kbir (kellha raġun tħossha offiża) u issa tal-WE? jitnejjku biha waqt li jeditjawlha l-film Gladiator.
Becky Gomperts hija aloxxha ħafna iżjed għax dak huwa l-kamp tagħha. Kissret il-business ta’ l-abort. Nofs lira biex tagħmel abort. Jeżistu tliet businesses ewlenin fid-dinja:
1. Il-knisja
2. L-immigrazzjoni llegali
3. Il-bankiera
Dawn it-tliet businesses qed jitħabtu bejniethom biex jiġu minn ta’ l-ewwel imma attwalment għandhom sfida kbira: Dr. Rebecca Gomperts li rnexxielha tillegalizza l-abort fil-baħar. Għandhom raġun ma jaqbdux ħut is-sajjieda.
Il-Frontex jieħdu miljuni ta’ ewro biex jiddeċiedu ta’ min hu l-baħar u ta’ min mhux u din iddur ‘l hawn u ‘l hemm u tiġi titnejjek.
Il-knisja tiġbor id-donazzjonijiet ta’ miljuni ta’ ewro dollari afrikani biex jagħmlu kampanji konta l-abort u din tiġi titnejjek.
Il-bankiera jixtiequ l-abort legali ħa jiġbru l-interessi tas-self tal-kliniċi u parti mit-taxxi tal-VAT u din tiġi titnejjek. Becky trid tkun!
L-irġiel żgħar u n-nisa żgħar ma jistgħu jiksbu nformazzjoni sura minn imkien. La mill-iskejjel u wisq anqas mix-xandir nazzjonali. Mill-internet jaraw il-porn fejn il-kontraċettivi jkunu hemm imma ma jidhrux. Bħal mini-camera ta' Peppi.
Fid-dinja l-abort sar naturali iżjed mit-twelid u normali iżjed mill-mewt. Illum hawn min jagħmel abort għax ma jkunx jaf x’isem se jagħti lill-wild.
Ma nistax nifhem għaliex l-abort mhuwiex omiċidju. Mara tkun taf li hi tqila, għax il-ġinekologu jgħidilha : “Inti tqila”. Mela la hi tqila, qed tistenna tarbija! Kieku ma jkunx hekk, jgħidilha: “Inti se tkun tqila.”
Mara li tieħu l-kontraċettivi tkun qed timpedixxi ħajja li qatt ma kellha titwieled. Mara li tagħmel abort tkun qed tinterrompi ħajja li kellha titwieled.
Mara li tkun kontra l-abort tfisser li hi qatt mhu se tasal tagħmel dan il-pass u ma tindaħalx x’jagħmel ħaddieħor.
F’Malta għandna ħafna istituzzjonijiet favur l-abort :
i. Il-knisja li hija kontra l-kontraċettivi. Ankè jiena kontra l-kontraċettivi, imma fuqi personali u r-raġuni mhix l-istess bħal tal-knisja.
ii. Il-gvern li huwa knisja verżjoni baxxa u kontra l-adozzjoni lokali. Hawn ħafna tfajliet jagħmlu abort minħabba l-futur ta’ uliedhom li mhux se jsibu kenn taħthom.
Il-gvern hu ffissat fuq il-barranin. Tonfoq Lm6,000 ġġib tarbija Rumena jew Bulgara jew Brażiljana jew Ukraina u biex iġġib tarbija Maltija trid tonfoq Lm20,000 magna tal-kliewi bil-burokrazija nkluża.
iii. L-edukazzjoni li hija parti mill-gvern u allura mill-knisja. Peress li m’hawnx biżżejjed skejjel tal-knisja, l-iskejjel tal-gvern il-ġodda kollha ssemmew għall-qaddisin jiġifieri l-lezzjonijiet tar-reliġjon huma obbligatorji.
B’hekk minn naħa, għalliem ta’ edukazzjoni sesswali bis-sens, jgħid lill-istudenti biex jużaw l-kontraċettiv u x’ħin jaqsam il-kuridur ta’ skola San Benidittu dan il-povru student se jisma’ li jekk juża l-kontraċettiv se jmur l-infern.
It-tabib Gonzi jinvesti ħafna fl-edukazzjoni biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaħdmu fi SmartCity. Dik edukazzjoni!
L-edukazzjoni sesswali tiegħi kellha sillabu interessanti ħafna: l-ewwel il-fjuri u mbagħad xkora biża’ fuq HIV, AIDS u l-influwenza avjarja. Biex skoprejt il-ġi point kelli niżloq fil-liżar imxarrab u naħbat miegħu b’kumbinazzjoni.
iv. L-alażobbiżmu tal-gvern dwar ir-riħa tal-miżbla tal-magħtab.
v. L-alażobbiżmu tal-gvern dwar il-power station tal-Marsa.
vi. Il-ġenituri li minħabba l-knisja ma jaċċettawx omosesswali bħala bin(t)hom wisq anqas li binthom tkun tqila qabel iż-żwieġ.
vii. L-alażobbiżmu ta’ missirijiet ipejpu.
It-tabiba Gomperts tgħid li tifla ta’ 13 –il sena għandha dritt tagħmel abort. Dritt mhux dover. Ta’ 13 –il sena! Sa l-10.00p.m. trid tkun ġewwa. M’għandix dritt tidħolx ġo discos. M’għandix dritt tivvota. Imma għandha d-dritt tagħmel abort!
Iż-żgħażagħ iridu l-abort. Jiswa’ inqas minn kontraċettiv.
F’oxx il-knisja.
F’oxx il-gvern.
F’oxx l-abort!


































2 Comments:
ghandek bzonn hafna talb habib
/QUOTE PASS 56963
-
Ghandek Bzonn Tmur Tihdu 'F'Sormok
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home