contact: info@sandrovella.org

Sunday, 21 October 2007

Bandritt

  • għafas hawn biex tara l-billboard oriġinali


    Illum qed inħossni iżjed Ewropew mis-soltu.

    L-impjegat tagħna Gonzi qabel mat-trattat ta’ l-Unjoni Ewropea mingħajr ma ħa il-permess tiegħi u tiegħek.

    B’hekk se nisfrutta mill-Ewropa tiegħi, u mill-flus dedikati għall-billboards u niġġieled għad-drittijiet tiegħi. Se nimxi mal-parir tal-billboards tat-triq u se nipprova nieħu dak li hu tiegħi ma’ l-Internet Service Provider tal-GO.

    Qabel il-GO, kont klijent ma’ ISPs oħrajn:

    ma’ l-Onvol fejn il-browsing kien slow immens u dak iż-żmien kienu jagħlqu l-ports ta’ l-instant messaging u llum jagħlqu l-cache. Ma’ l-Onvol ma tistax tibgħat l-istess e-mail lill-iżjed minn għaxar riċevituri.

    mal-Euroweb fejn id-download limit kien jinżel mix-xejn.

    mal-Camline li ddeċidiet li tagħlaq u għaddiet lill-klijenti tagħha lil maltaNET.

    maltaNET kien għalija l-aqwa ISP ta’ Malta. Qatt ma kelli problema waħda. Il-Customer Care forsi kien fqir imma raġuni valida għax il-Customer Care ma konniex niġu bżonnu.

    Il-maltaNET llum saret GO u għandha Customer Care ta’ 24 siegħa. U bir-raġun. Il-każ tiegħi beda f’Mejju/Ġunju 2007 meta l-Internet beda jinqata’ mix-xejn. Ma stajtx inwaħħal fil-maltaNET għax kont naf is-serjetà kbira li kellhom. B’hekk ġibt l-Electrician u Network administrator personali għax moħħi ma setax ilaħħaq ma’ dan il-misteru li filli l-internet jagħmel 4 ijiem sewwa u 3 le.

    Il-problema baqgħet għaddejja sa Settembru meta nzertajt dħalt fil-forum ta’ x.com.mt u nara li l-problema ma kinitx tiegħi biss. Nidħol lura għax-xogħol u l-istudenti li qegħdin mal-GO jgħiduli li kollha għandhom l-istess problema u kemm il-darba ċemplu lill-Customer Care tal-GO.

    Inċempel lil GO u jgħiduli li l-problema ma jafux biha! Aħseb u ara s-soluzzjoni.

    Ftit jiem wara wieħed qalli li l-problema kienet mil-linja ta’ barra u li l-linja ta’ ġewwa kienet perfetta. Kelli nieħu t-time off u ġie tal-GO id-dar tiegħi (Maltacom branch) u qalli li l-linja ta’ barra kienet taħdem perfettament. Imma l-Internet xorta ma ried jaħdem b’xejn.

    Wara li telaq it-technician f’daqqa waħda l-internet ħadem u fil-week-end reġa’ telaq. Telaq eżatt fl-ewwel puntata ta’ Xarabank fil-10.50p.m. Peppi kien qed ifittex lil McCann u l-modem tiegħi kienet qegħda tfittex connection. L-istreaming tad-di-ve weħel.

    Fil-week-ends l-internet rari jkun qed jaħdem u jibda jilgħab eżatt kull nhar ta’ Ġimgħa fil-10.50p.m. Fil-programm ta’ Xarabank dwar il-budget x’ħin fl-aħħar kont qed naqbad is-suġġett, inqatgħet il-connection.

    Ħafna minnkom isaqsuni biex naqleb l-ISP. Jekk inti tixtri karozza u tiġi mnejjka, tmur tixtri karozza oħra?

    Irrid is-servizz li nħallas għalih. U ta’ meta ma ħadtx is-servizz irrid nitħallas lura b’xi mod. Jiena Ewropew issa, bit-trattat ukoll! Mela la bit-trattat, għandi niġi trattat sew!

    L-ittra lill-għaqda tal-konsumaturi ta’ Malta :

    21 Ottubru 2007

    Għażiż Segretarju Ġenerali ta’ l-għaqda tal-konsumaturi ta’ Malta,

    jiena hawn taħt iffirmat, konsumatur li nħallas minn qabel is-servizzi ta’ l-Internet li tipprovdi l-kumpanija GO.

    Minn Mejju/Ġunju 2007 beda jkolli l-problemi fuq l-Internet :

    1.
    Id-download limit tiegħi allokat beda u għadu sal-lum jinżel waħdu u b’hekk ma nkunx nista’ nutilizza s-servizz. Is-soluzzjoni li sibt waħdi kienet li nitfi l-modem u nerġa’ nixgħelu.

    2. Il-connection ta’ l-Internet tinqata’ ta’ spiss. Bejn wieħed u ieħor 4 darbiet fil-ġimgħa l-iżjed fil-week-ends. Is-soluzzjoni li sibt waħdi hija li nżomm il-linja okkupata (lejn fax machine) u b’hekk qiegħed inħallas ukoll il-pulses tal-GO stess.

    Tal-GO jafu b’din il-problema tiegħi u saħansitra rappreżentant tal-Maltacom ġie d-dar tiegħi imma soluzzjoni sal-lum ma nstabitx. Technician isostni li l-linja ta' barra hija bil-ħsara u ieħor isostni li għandi kollox tajjeb.

    Waħda mir-raġunijiet li tal-GO indirizzaw li kelli din il-problema kien minnħabba xita u riħ. Jekk kienu qed jirreferu għall-Italja kellhom raġun imma hawn Malta fis-Sajf l-unika xita li kienet tinżel kienet mill-qara l-isfel bl-għaraq li kien joħroġli. Ironikament, meta tkun ix-xita, l-internet jaħdem. Forsi l-effett tar-raġġi tal-qawsalla mela?

    Ankè biex nibgħatlek din l-e-mail ġejja bit-torturi għax ma jridx jaf li jaħdem. Jiġi u jitlaq. Jiġi u jitlaq. Qisu bħall-għasfur li bena bejta fil-ħofra tal-ħajt tal-kamra tas-sodda. Meta jfettillu jiġi jittawwal lill-uliedu jsaffru! Isaffru bħas-sett tat-telephone meta l-Internet ikun mixgħul.

    Nitolbok titlob lill-kumpanija GO, broadband branch, li ssolvili l-problema tiegħi kemm jista’ jkun malajr u kif ukoll tħallasni lura, mhux neċessarjament bi flus, tas-servizz li jiena ma utilizzajtx u kelli dritt nutilizza.

    Biż-żmien skoprejt li din il-problema tinsab ġo ħafna djar abbonati mal-GO. Ftit minnhom jidhru li solvewha definittivament.

    Attwalment inħallas Lm13.85c fix-xahar fejn il-pakkett ikopri li jkolli użu ta’ l-internet 24 siegħa kuljum mingħajr interruzzjonijiet. Xtrajt ukoll Centralised filter ta’ Lm7.00c skond pariri tal-GO imma b’dan il-filter l-internet waqaf jaħdem kompletament.

    Ċempilt lil GO u qaluli biex naqla’ d-Distributor filter li huwa imwaħħal mas-sett tat-telephone. Dan il-filter ingħatali b’xejn imma l-problema ma ssolvitx sal-lum.

    Ninsisti, u dan bi dritt, biex nieħu d-drittijiet tieghi!

    Mehmuż sib il-formola ta’ l-ilment tiegħi mniżżla mill-web-site tagħkom.

    Dejjem tiegħek u miegħek,


    Sandro Vella
    konsumatur




    Ir-raġuni li m’għamiltx l-istess ma’ l-ISPs l-oħrajn hija li ma kontx għadni ġejt ispirat mill-billboards fit-toroq.

    Onestament, jiddispjaċini li kelli nasal s’hawn. Għax nista’ ntellef il-kredibilità u ssostenibilità lil Gonzi meta jgħid li Malta huwa t-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea fl-użu tat-teknoloġija informatika.

    Għad fadal żoni f’Malta li r-reception tal-mobile ma tkoprihomx!
    Forsi biex nevitaw il-kankru. Kemm għandhom qalbhom tajba!

    Ninfurmakom bl-iżviluppi jekk inkun għadni niġġerra barra.

    L-e-mail ta’ l-għaqda tal-konsumaturi huwa : info@camalta.org
    Biex tniżżel formola ta’ ilment għafas hawn.




    Trid tiġi kkonsultat b'referendum fuq it-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea? Jekk iva, iffirma hawn.

  • 5 Comments:

    Blogger Sylvan said...

    suggeriment ghaziz Sandro! ibda ohrog il-gimgha fl-ghaxija u ejja tnejjek mill-irternet! u kif tkun fiha, anke mis-Sur Peppi u l-programmmi riciklati ghal-10 snin! dawk m'ghandekx xi tridhom!

    22 October 2007 08:17  
    Blogger Sylvan said...

    Ghaziz Sandro, koz! ghandek ragun! Huwa fatt li x-xita tibda biss il-Gimgha fl-ghaxija u tieqaf il-Hadd bil-lejl. Ehe! tikkunsidra kollox, l-Irternet huwa prezzjuz ghas-socjeta moderna tal-lum. Jien ghandi, kontinwu. Int le. haha!

    23 October 2007 08:15  
    Anonymous James Cauchi said...

    Camline are also thieves.

    Upon shutting down they wormed out of refunding their clients who had paid for additional months.

    Not worth taking legal action but certainly worth letting the world know.

    Just a note. ^_~

    Good points btw.

    28 October 2007 22:05  
    Anonymous lori136 said...

    had same probem, from july till last week

    1. changed modem 3 times (they gave me 2 broken modems) because the modems they have are not new

    2. sent 8 technicians to my house where they all confirmed every thing from my side is good

    3. gave me a centralised filter

    4. they changed my line

    5. they changed the ports i connect to, 2 times

    6. they changed the line from exchange till my home


    when they changed the line from exchange the problem seems solved although the line sync still disconnects sometimes.

    Try talking to a teamleader, don't accept to talk to any customer care/technician people they are stupid. Try your luck with a teamleader.

    They keep you wating sometimes for over 20 minutes. Once after 20 mins a technician answered me and when I told him I had a line sync problem he ended the call just like that. I went green and I don't know to how many people I shouted with aftern.

    Also ask them for a refund, now I am awaiting the refund of the refund they have given me before since the problem re-appeared and most of the first refund was lost.

    GO ARE A NIGHTMARE, they employ stupid customer care people which don't know a thing about computers & internet.


    Oh btw, vodafone new internet package seems interesting, anyone tried it?

    04 November 2007 05:40  
    Anonymous steven micallef said...

    Tuesday, 23rd October 3.00p.m.

    Letter to Consumer Rights Malta Association – info@camalta.org

    I have paid for a service that seldom exists and what used to be a normal procedure has now turned in to a routine every time I go to connect to the internet.

    I keep getting cut off so I phone to GO or whatever they call themselves these days, and after a few minutes I get a connection.
    WHY do I have to call them every time to get a connection when I have already paid for the damn thing in advanced? Did we really go back to the stone age or what!

    And why I cannot get a refund in CASH if I paid CASH?

    Where are the so claimed rights that we are suppose to have? They want just to blind us into entering the EU and why do I have to pay TAX IN MALTA for something coming from the EU?! I guess it is just politics and a matter controlled democracy or idiocracy!

    Why I don’t have the same basic rights as my fellow Europeans?

    regards: steven micallef

    04 November 2007 05:58  

    Post a Comment

    Links to this post:

    Create a Link

    << Home