Tilqima traqqad il-bhima

Id-diviżjoni tas-saħħa bdiet bil-kampanja għat-tilqim kontra l-influwenza tax-xitwa. Wieħed irid juri ċ-ċertifikat qabel ma jieħu t-tilqima u jgħid li għandu marda kronika! Kulħadd għandu juri ċertifikat!
Għal dawk li għandhom 55 sena it-tilqima hija bla ħlas. Probabbli l-kimika li tinsab ġot-tilqima tkun minima u tiswa’ ħafna inqas flus.
Dawn it-tilqim meta ma tkunx marid iservu għar-rikezzi tas-sanità, tal-gruppi farmaċewtiċi u mhux għax riċerka. Meta kont tifel tawni t-titqiba kontra t-tuberkolożi, li skond it-tobba dil-marda ma tista qatt taqbadni issa. Għaliex marda iżjed serja tieħu titqiba darba għaliha u dik kontra l-influwenza trid teħodha kull sena? Din x’riċerka hi?
Qabel fit-tilqim kien hemm it-Thimerosal. Wara ħafna snin skoprew li t-Thimerosal hija tossika u li kienet tintuża biex traqqad l-annimali. Fl-2004 l-azjendi farmaċewtiċi neħħew kompletament l-użu tat-Thimerosal. Din it-tilqima sal-lum għada tintuża fil-pajjiż foqra.
Dat-tip ta’ tilqim affettwa u għadu jaffettwa lill-koppji waqt rapporti sesswali u jwassal lit-tfal għall-autism.
“Sinjura, it-tifla għandha allerġiji għall-farmaċi? Għandha xi marda gravi? Bintek b’saħħitha?....Tajjeb sinjura iffirma hawn u stenna barra.”
“Imma binti qatt ma ħadet farmaċi qabel illum. Kif nista’ nkun naf?”
“Iffirma Sinjura, daqt inkunu nafu.”
It-tfal tagħna huma sbieħ, friski u fuq tagħhom. Evitaw li ttuhom sitt tilqimiet f'waħda malli jitwieldu. M’għandhomx bżonn! Ħalluhom b’saħħithom billi meta jkunu b’saħħithom ma jieħdu l-ebda kura.
Jiena rrid nixjieħ u jkolli Gvern mimli b'ministri li meta kienu tfal ma missux ma’ tilqim u mediċini. Irrid ministri li ma jimirdux minn moħħhom u jtuni l-pensjoni sabiħa.
Ipprovaw teħduhix it-tilqima din is-sena u araw kif tħossukom din ix-xitwa.
informazzjoni: -
Northeastern University
Autism Research Institute
Autism.org
Autism Community Report


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home