contact: info@sandrovella.org

Saturday, 29 September 2007

Bill Gatt


Lm10.50 flok Lm310 prezz kummerċjali. (2003)
Lm46.00 flok Lm300 prezz kummerċjali. (2007)

Austin Gatt, ministru modern tat-Teknoloġija moderna, invada lill-istudenti b’offerta speċjali dwar il-prodotti ta’ Microsoft. Jiffrankaw Lm300 f’software u jonfqu Lm200 hardware f’motherboard, CPU u memorja u wisq probabbli anke' l-case.

It-Teknoloġija tkun tekno meta tkun bla ħlas. Il-komunikazzjoni hija bħall-ilma: dritt ta’ kulħadd u mhux privatizzata ġo flixkun.

Fil-fatt diġà jeżisti software fejn ma hemmx bżonn ħlas. L-Open Source, software ħieles li ma jiswiex lira jew kif se nibdew ngħidu dal-waqt: ma jiswix euro.

Fil-ministeri, fil-kunsilli, fl-iskejjel, fl-isptarijiet, fil-kastilji, fil-qrati. L-iStat jonfoq ħafna flus biex jaġġorna s-software ta’ Microsoft. Malta trid tiċċaqlaq bħan-Norveġja. Fil-Venezuela nofs is-settur pubbliku beda jopera bl-Open Source.

Dawk id-dipartimenti pubbliċi li bdew jużaw l-Open Source jikkuntattjawni fuq l-e-mail biex insemmihom fil-blog. It-taxxi tiegħi jinħlew fuq taxxi ta’ liċenzji bla bżonn. It-taxxi tiegħi qed jiġu mormija fil-loki.

Nistieden xi ministru jibgħatli e-mail biex jgħidli kif se jaqleb għall-Open Source u kemm se jiffranka flus liċ-ċittadini.

Dr. Gonzi qal li aħna t-tieni pajjiż mill-Ewropa li l-iżjed nużaw it-teknoloġija. L-iżjed li nħallsu għaliha!

Wasal iż-żmien tal-bidla.

Ittra destinata lill-kummissjoni ewropea turi il-pressjoni qawwija li azjendi kbar ta’ software jagħmlu biex jevitaw l-adozzjoni ta’ open source software.

Din l-ittra tista’ taqraha billi tagħfas hawn.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home