contact: info@sandrovella.org

Sunday, 22 June 2008

Il-ħsieb tal-Ħadd wara nofs in-nhar


Click here for the English version

L-iStat kapitalista per eċċellenza huwa l-vatikan. Iż-żwieġ huwa validu biss jekk il-koppja tista' tipproduċi. L-imħabba tista' tmur tieħdu f'sormha.

Għamlu t-tfal, għamlu ħafna tfal. Jekk m'għandkomx biżżejjed flus biex trabbuwhom hija problema tagħkom. Jekk ir-raġel spiċċa bla xogħol u bil-frustrazzjoni telaq lill-mara u ħalliha b'erbat itfal, tinkwitawx, iħallas il-gvern.

Minn naħa tagħna aħna se niffrankaw l-ostji għax aħna nqarbnu biss lil min hu pur.

Id-donazzjonijiet tagħkom lill-knisja għandna bżonnha biex insewwu l-antiporta tal-ġenna.

Imma għamlu t-tfal, ħalli jikkonsmaw iżjed, jiżdied il-GDP, u jaħdem il-kapitaliżmu.

Jekk tibqgħu fqar ikun aħjar, għax il-fqir m'għandux l-opportunità li jistudja, u b'hekk aħna nkunu nistgħu nitnejjku bikom kif irridu.

Il-papa għandu bżonn jiltaqa' ma' Ġorġ flok ma' San Franġisk.

L-isqof imur ibierek id-dar ċentrali tan-nazzjonalisti flok ibierek lit-tarzna.

Il-bombi nukleari qegħdin fil-vatikan! Xi ħadd javża lil Joseph!
Alla huwa mejjet u naħseb naf min qatlu.

Ħobbu lil xulxin bħal ma ħabbejtkom jien. Nirrepeti: Ħobbu lil xulxin bħal ma ħabbejtkom jien.

"Ħenjin dawk li huma foqra fl-ispirtu, għax għandhom ix-xorti li ma jafux x'inhu x’il-ostja inhu jiġri." - (Vella, 3:01)

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu tal-blog,
"Il-ħsieb tal-Ħadd wara nofs in-nhar", għafas hawn.

Saturday, 21 June 2008

L-immigranti jmorru lura d-dar


Click here for the English version

L-Amerika qegħda tieħu l-immigranti illegali li qed jiġu Malta. Tonio Borg jirringrazzja u l-poplu Malti jinża l-qalziet għal meta l-Amerika titlob xi pjaċir li ma jistax jiġi rriffjutat.

L-Amerika qegħda tagħmel sagrifiċċju kbir tieħu l-immigranti llegali minn Malta. Spejjeż kollox fuqha, inkluż il-petrol ta' l-ajruplan. Dawn l-immigranti llegali f'Malta li se jsiru legali fl-Amerika għandhom kollegi oħrajn li mill-Amerika qed jaħarbu.

Artiklu mit-Top Stories tal-Kalifornjan Star Telegraph jikteb: "Il-prezz tal-petrol jibgħat lill-immigranti fil-Messiku."

Il-kuntratturi li jimpjegaw ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni m'għandhomx iżjed flus biex imantnu l-vetturi tagħhom, b'hekk jimpjegaw ħaddiema li għandhom il-karozza tagħhom. Il-Messikani ma jifilħux isostnu l-ispejjeż biex jaħdmu fl-Amerika: quddiem paga ħafna aħjar minn dik li kien ikollhom il-Messiku, sabu lilhom infushom jonfqu ħafna flus fuq il-petrol. Ħafna minnhom jibqgħu d-dar u jmorru jaħdmu biss darbtejn fil-ġimgħa. Issa ma jifilħux iżjed jibgħatu $50 fil-ġimgħa lill-familjari tagħhom li baqgħu l-Messiku u daqt mhux se jaqbillhom jibqgħu fl-Amerika. Ħafna minnhom diġa' marru lura d-dar.

F'sitwazzjoni ta' kriżi huwa naturali li l-immigrant imur lura fin-nukleu familjari tiegħu u huwa wkoll naturali li jerġa' jipprova jiġi lura Malta għax isib iżjed sigurtà, fiduċja u peress li jkun parti mill-popolazzjoni ta' pajjiżu, jkun jista' jirċievi ħafna għajnuniet u jkollu preċedenzi.

Irrid il-pjanta ta' l-ambaxxata amerikana f'Ta' Qali. Nirrepeti: Irrid il-pjanta ta' l-ambaxxata amerikana f'Ta' Qali.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu tal-blog, "L-immigranti jmorru lura d-dar", għafas hawn.

Friday, 20 June 2008

Għandek aptit tipprotesta?


Click here for the English version

Fil-waqt li l-media Maltija nkwetata fuq Jeffrey Pullicino Orlando, fuq min se jilħaq flok Joe Saliba, kemm hi sabiħa d-dar il-ġdida tan-nazzjonalisti u min jaf kemm ħadu pjaċir il-personalitajiet importanti Maltin fil-cruise ta’ Xarabank; fl-Ewropa u f’partijiet oħra fid-dinja hemm l-ewwel protesti kontra l-għoli tal-petrol u d-diesel.

Fil-video ta’ hawn taħt jidhru problemi fl-Ingilterra, ġlied fil-pjazez u strajkijiet fl-iSpanja u fl-Indja u saħansitra fl-ajruport ta’ Lisbona li baqa’ mingħajr petrol u diesel.

Il-Maltin ukoll jidhru nkwitati ħafna. Fil-fatt kien hemm ħafna li dendlu l-bandiera ta’ l-Italja fil-bjut tagħhom bħala turija ta’ solidarjetà peress li huwa l-pajjiż li jimporta 38% żejt mill-Libja u l-Poplu Taljan se jerdgħu bil-kbir.

Il-gvern Taljan diġà ħasiblu biex jekk ikun hemm xi ħadd li jagħmel rivolta isib is-suldati taħt id-dar tiegħu lesti għalih.

Gonzi mhu nkwetat xejn. Lis-suldati tiegħu bagħthom kors ta’ malajr għall-partnership for peace. Gonzi moħħu mistrieħ mill-poplu Malti u jekk ikun hemm xi ħjiel ta’ problema jċempel lil sieħbu Pierre Portelli biex iħaffef u jagħmel edizzjoni oħra ta’ l-iSpjun mingħajr ma jaħraha ma’ l-Endemol għax inkella jkollu jgħolli l-liċenzji tat-television u jissogra li jkollu xi protesti fit-toroq. Peppi jidher li huwa wkoll sistemat kemm fil-PBS u kemm fil-ġurnaliżmu ta’ ONE TV. Mela jista' jkompli jserraħ rasu!

Meta poplu jitlef il-kuxjenza tad-drittijiet tiegħu, kull min jitla’ fil-poter huwa indifferenti. Il-poplu dejjem jibqa’ poplu skjav. Il-libertà ma titwilidx minn fuq, imma minn isfel.

Hemm korruzzjoni attiva li tikkonsisti li tivvjolenta d-drittijiet ta’ l-oħrajn. Hemm korruzzjoni passiva li tikkonsisti li dan jitħalla jsir.

Tista’ tiġġieled ma’ l-għadu barrani. Tista’ tiġġieled kontra tirann. Tista’ tiġġieled ma’ oligarkija vizzjuża. Imma ma tistax tiġġieled kontra poplu li tilef il-kuxjenza.

Għandu raġun Jeffrey Pullicino Orlando jiġi għala bieb id-darsa minn Gonzi u mill-etika fantażma tal-politika. L-etika mhux Orlando jrid isaħħaħha imma Gonzi billi jissogra jitlef is-siġġu ta’ taħt sormu bħala rispett lejn min tellgħu.

Bravu Jeffrey! Għandek is-solidarjetà tiegħi u ta’ l-indifferenza.

Il-video ta' hawn taħt hija protesta ta’ bdiewa Spanjoli ħabba l-prezz taż-żejt u għax ukoll allegatament u improbabilment kien hemm xi ħadd se jipprova jibni disco fuq xi art sensittiva b'mod illegali li nzerta membru parlamentari li ħalef li mhux se jirriżenja. Jekk dan ħalef ukoll fuq uliedu, mela hemm probabiltà kbira li jirriżenja.


Irrid nidħol mal-boy scouts. Nirrepeti: Irrid nidħol mal-boy scouts.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu tal-blog, "Għandek aptit tipprotesta?", għafas hawn.

Thursday, 19 June 2008

Tħallux id-diżabbli jiġu għandi


Click here for the English version

Il-messija li ġie qabel Joseph għamel ħafna mirakli. Fejjaq liz-zopp. Fejjaq l-għami. Fejjaq l-imġiddem. Fejjaq dak li kellu l-uġigħ f’daru. Fejjaq min kellu xi musmar f’sormu. Fejjaq l-infettati mill-Madalena. L-iben ta’ alla għamel dawn il-mirakli kollha bi skop: biex ikunu jistgħu jiżżewġu.

Marco għandu 25 sena u jgħix Viterbo, l-Italja. Hi forsi għandha xi ħaġa inqas. Jinħabbu u ddeċidew li jiżżewwġu. Id-data kienet stabbilita għas-7 ta’ Ġunju 2008, fil-knisja.

Fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju, Marco kellu inċident tat-traffiku u joħroġ minnu semiparalizzat. Jiġi f’tiegħu u jkun jista’ jilħaq jiżżewweġ. It-tnejn għadhom jinħabbu u t-tnejn riedu jkomplu bil-ħajja tagħhom.

Kull ma kien jonqos kienu xi ftit dokumenti biex jiffirmaw. L-isqof tal-post, monsinjur Lorenzo Chiarinelli, ried li jikkonfermaw bil-kitba r-rieda tagħhom li jiżżewġu minkejja d-diżgrazzja. L-għarajjes juru r-rieda u jiffirmaw.

Iżda l-eċċellenza qallhom: “Iżżabbu mhux tiżżewġu. Non possumus. Jiddispjaċini ħafna Marco, għażiż ibni, imma bl-inċident li kellek, kulħadd jifhmek, imma ma tistax taħxi u ma jistax ikollok tfal. Din tissejjaħ impotenza kopulativa u jekk għandek l-impotenza kopulativa, ibni l-għażiż, ma nistax inżewwġek minnħabba l-klawsola a, b, ż tal-kodiċi ta’ l-etika tad-dritt kanoniku. Ma nista' nagħmillek xejn. Il-Vanġelu? Iva vera għandek raġun. Imma dak x’għandu x’jaqsam? Ġesù Kristu, iva, iva, nifhem, imma xi tridni ngħidlek, ma tistax tiżżewweġ u daqshekk.”

Hawn xi ħadd jaf l-għaliex il-knisja qegħda titlef in-nies? Għalkemm mhux biżżejjed?

L-għarajjes jiżżewġu xorta fis-7 ta’ Ġunju biċ-ċivil u b’mod ċivili. L-għarajjes jiżżewġu fl-istess jum li l-messija l-ġdid kien qed jipprepara d-diskors tiegħu għal mad-delegati u tesserati: “The Honeymoon is over.” Kumbinazzjoni?

Irrid inkun ġust ma’ l-isqof. Dan kulħadd jista’ jagħmel żball. Jiena naħseb li l-isqof ħawwad l-alla u d-dokumenti f’daqqa u ra karti fejn il-ġuvni jrid jidħol għal qassis u jiżżewweġ ma’ Alla. Hemmhekk għandu raġun l-isqof għax biex tkun qassis irid ikollok żobbok jaħdem sew.

Dan Marco miskin nzerta ma kienx Musulman. Kienu jgħammduh, iqarbnuh u jżewwġuh f’lejl wieħed.

Il-kurja tiddefendi ruħha bi stqarrija li kieku għamilha Joe Saliba kien ikun iżjed konvinċenti: “kollox sar fit-tqassim tas-sinċerità tas-sitwazzjoni ma kull attenzjoni umana u kristjana.”

San Mattew (kapitlu 5, vers 7) għamel stqarrija aħjar minnu: “Ħenjin dawk li jħennu għax huma jsibu l-ħniena.”

Dan Chiarinelli għadu lura fiż-żmien. Minn meta ‘l hawn il-miżżewwġin jagħmlu s-sess bejniethom?

Missierna li inti fis-smewwiet, isma’ minni, inżel int minn hemm fuq. Tibgħat lil ħadd iżjed. Nirrepeti: Inżel inti. Terġax tibgħat lil xi ħadd.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu tal-blog, "Tħallux id-diżabbli jiġu għandi", għafas hawn.

Wednesday, 18 June 2008

X’ġaralu l-bini numru 7?


Click here for the English version

Fis-6 ta’ Ġunju 2008 seħħew affarijiet ta’ barra minn din id-dinja. Joseph Muscat laħaq mexxej tal-partit laburista kontra George Abela, tliet nisa waqfuni fit-triq jgħiduli kemm għandi sormi sabiħ u l-Financial Times ta’ Londra tistaqsi dwar il-bini numru 7.

Din hija data storika. L-iżjed mainstream media awtorevoli, dejjem wara Xarabank, għamel il-mistoqsija tal-mistoqsijiet wara seba’ snin: “X’ġaralu l-bini numru 7?”

Il-bini numru 7 huwa t-tielet torri li waqa’ fil-11 ta’ Settembru 2001. Bini ta’ 47 sular li waqa’ mingħajr ma daħal fih l-ebda ajruplan. Qisu bħal meta Fredu Sant waqgħalu l-gvern ħabba Mintoff. Waqa’ għaż-żobb.

In-nejka stramba hija li l-Financial Times jiġbed l-attenzjoni li l-BBC semma l-kollass tal-bini numru 7 nofs siegħa qabel ma dan seħħ.

Il-ġurnalista Jane Standley kienet qegħda titkellem b’xandira diretta fil-4.45p.m. u xandret il-kollass tat-tielet torri, u warajha kien hemm it-torri 7 li kien għadu bil-wieqfa. Waqa’ biss 26 minuta wara.

Minnħabba dan il-filmat li jinstab fuq YouTube, il-BBC ġie bombardat minn mistoqsijiet u akkużi li l-BBC kienu qed jirreċtaw script minn ta’ Bush. Is-suspetti żdiedu meta Richard Porter, kap ta’ l-aħbarijiet internazzjonali tal-BBC, qal li m’għandux kopja tal-filmat. Kieku kien Charlon Gouder kont nifhem.

Malli Joseph Muscat sar jaf b’dan, ċempel lil Porter u ried iħatru fuq il-bord ta’ etika tal-ġurnaliżmu ta’ ONE TV, peress li Peppi Azzopardi rriżenja minn din il-kariga għax kellu bżonn jitla’ Ruma jsaqsi lil Bush dwar dan il-misteru. Imma Bush bejn il-Papa u Peppi, għażel lil dak li dan l-aħħar sar jilgħaqu l-iżjed.

Kif jistgħu żewġ ajruplani jwaqqgħu tliet torrijiet?

Jiena nafda fil-verżjoni uffiċċjali. Il-bini numru 7 waqa’ bħala turija ta’ solidarjetà. Il-bini l-oħrajn tal-madwar huma sponsored mir-RyanAir.

Irrid lura lil Joe Debono Grech. Nirrepeti: Irrid lura lil Joe Debono Grech.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "X’ġaralu l-bini numru 7?", għafas hawn.

Tuesday, 17 June 2008

Iż-żejt ta' Lorenzo


Click here for the English version

Titlef l-elezzjoni tfisser ukoll titlef il-prinċipju. Il-prinċipju hawnhekk huwa wieħed: ejja nirbħu l-elezzjoni u l-istorja tieqaf hawn.

Il-Joseph nazzjonali qal li dak kollu li propona l-partit laburista fl-aħħar elezzjoni mhuwiex tajjeb għax il-poplu rrifjutah. Wara li ONE News qażżeż bullettini sħaħ imur l-Ingilterra jfaħħar ir-reception class, issa r-reception class mhux tajba għax il-poplu rriffjutaha. Il-problema tar-reception class ma kinitx ir-reception class imma kien il-messaġġier u s-segretarju tiegħu. Inneħħu r-reception class u nżommu lil Jason Micallef. Biex żgur ikollna iżjed bżonn ta’ reception classes.

Waqt li l-oppożizzjoni kienet rieqda, xi ħadd mar ifesfes f’widnejn Fredu u Jason biex inaqqsu s-surcharge bin-nofs u iżjed il-quddiem is-surcharge jitneħħa. Probabbli Fredu kellu ftit x’jagħmel u nesa jsaqsi kif se jsir dan u ċertament Jason kien se jsaqsih imma ftakar kemm hu bravu u jaf kollox u spiċċa ma staqsihx. Kapaċi Jason kien ikollu din it-tweġiba ta’ hawn taħt, u Fredu kien ikun jaf iwieġbu lil Peppi, il-ħabib ġdid ta’ Joseph li flimkien iddeċidew li jedukaw lill-poplu dwar kif iżżomm il-prinċipji.

Kif Lawrence Gonzi u l-ewropa qed jitnejjku bina dwar is-surcharge u l-prezz taż-żejt:

Fis-sena 2000 id-dollaru amerikan kien jiswa sa 1 euro u 4 euro cents. ($1 = €1.0393)

Jekk niftakru li fl-2000, barmil taż-żejt kien jiswa' 28 dollaru amerikan, jekk ma tikkunsidrax l-inflazzjoni, mela barmil wieħed kien isarraf f’ 29 euros 10 euro cent.

Sena 2008: id-dollaru amerikan illum jiswa 64 euro cents ($1 = €0.6437) . Illum, barmil taż-żejt jiswa 140 dollaru amerikan. Barmil wieħed għandu jiswa €90.12c.


2000 = 1:1.04 / 028/ barmil = 28.10 euros kull barmil
2008 = 1:0.64 / 140/ barmil = 90.12 euros kull barmil


Suppost illum iż-żejt għandu jiswa ftit iżjed minn 3 darbiet il-prezz ta' l-2000.

Il-kriżi taż-żejt mhix daqstant drammatika għal min ibigħ il-petrol u l-gvern jerda minn fuqna. Is-surcharge hija frodi morali oxxena li biha jitgħattew l-iżbalji ta’ l-Enemalta u tkun tista’ tagħmel il-profitti mid-demm ta’ l-iskjavi. Probabilment biex tattira l-investiment barrani għall-privatizazzjoni bħal ma’ Gonzi għamel b'kumpaniji strateġiċi oħrajn. Ikun jista’ jserraħ moħħu li għandu ferm inqas responsabiltajiet biex jigwardja u jipprova jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni li jmiss.

Jekk id-dollaru jerġa' jiġi fuq saqajh se nerdgħuh iżjed. L-Amerika bl-iżvalutar tad-dollaru qed iġagħluna nħallsu d-dejn tagħhom.

Dan il-kapitaliżmu huwa frodi minn fuq sa isfel.

Meta l-ekonomija amerikana marret għal baħar suppost l-Ewropa kellha tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt. Apparti minn hekk l-amerika għandha d-dejn mal-Bank Ċentrali Ewropew, dak ta' l-ewro flusna, iċċirkola 400 biljuni ta' ewro biex id-dollaru jiġi sostenut. Karti fuq karti. Ivvintati mix-xejn. Għaliex l-Ewropa qegħda tħallas id-dejn Amerikan? Jista' xi ħadd jispjegali? Għaliex inħallsu d-dejn ta' min iħallas l-elezzjonijiet ta' l-Iraq u tal-Palestina?

Hemm ċans li d-dollaru qatt mhu se jqum. Biex iqum hemm bżonn li l-Amerikani jikkonsmaw 30% inqas ta' dak li jikkonsmaw illum. U din tkun katastrofi oħra għall-ekonomija dinjija.

L-iżjed soluzzjoni sempliċi hija gwerra. Dawn l-imbeċilli li jmexxu d-dinja fuq hekk biss jaħsbu.

Probabbli l-flus extra li l-gvern qed jieħu minn din l-istorja qed imorru f'pagi għal min fil-wiċċ ma jaħdimx għal sitt xhur u f'pensjonijiet parlamentari u għal xi single mother biex tkun tista' tgawdi l-jum il-missier ma' uliedhom.

M'inix qed inħossni rappreżentat. Nirrepeti: M'inix qed inħossni rappreżentat.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Iż-żejt ta' Lorenzo", għafas hawn.

Monday, 16 June 2008

Miraklu fit-Tmiem il-Mil


Click here for the English version

"Din mhix Ewropa din. Dan tal-lum huwa suq. Bħal ma huwa s-suq tal-ħut ta' Tokyo. Hija ewropa magħquda imma vantaġġ għal kapitalisti u għall-bankiera.

L-Ewropa trid tkun ħafna iżjed minn hekk. L-Ewropa trid tkun il-kaxxa tal-ġojjelli tal-valuri li jiddistingwuna minn kontinenti oħra.

Mhux biex noħolqu l-barrieri, imma biex inżommu u nagħtu dak li hu tajjeb f'dak li l-Ewropa tirrapreżenta. Jiena rrid li Malta tkun l-aqwa fl-Ewropa f'dan l-istaġun ta' ġenerazzjoni ġdida u rebbieħa.

Fil-passat għamilna l-iżbalji tagħna. Il-Partnership rebaħ huwa żball. L-ideoloġija ta' Svizzera fil-Mediterran ma kinitx perfetta. Imma hemm ċertu affarijiet li l-għażiż ħabib tiegħi Fredu li jiena sfidajtu biex noħroġ għall-parlament ewropew u ħriġt kontra l-kunsens tiegħu, kellu raġun dwarhom. Bħall-inflazzjoni eżaġerata ħabba l-ewro, l-indħil militari u l-indħil barrani.

Jiena ma naċċettax li fil-parlament ewropew ma jkunx hemm interpreti tal-lingwa Maltija. Rajtuni fix-Xarabank kif ħtafthom lil ta' l-ewropa meta ma ġabux interpretu. Għax hekk konna ftehmna u jiena bniedem ta' prinċipju. Hekk għedtilhom ara lil ta' l-ewropa u ħraw taħthom: 'X'iservi li jkollna l-iswed fuq l-abjad meta ma nirrispettawx dak li hemm miktub? X'ix-xjafek ta' l-infern jewwilla!' U sabbatt il-karti wkoll u wara poġġejt bil-qegħda.

Irrid nuri li dan huwa pajjiż ta' vera. Li għandu l-bajd kif qalli Mintoff meta mort narah ma' sieħbi Jason. L-Ewropa hija ta' Malta wkoll u mhux Malta hija ta' l-Ewropa. U għalkemm naqbel mat-Trattat ta' Lisbona li qrajtu fi kwarta, xorta rrid nirrispetta l-ftehim li sar fl-Ewropa kollha li jekk it-Trattat jiġi rrifjutat biss minn pajjiż wieħed, irid jerġa' jibda u jsir kollox mill-bidu. Għax hekk konna ftehmna u jiena bniedem ta' prinċipju. X'iservi li jkollna l-iswed fuq l-abjad meta ma nirrispettawx dak li hemm miktub? X'ix-xjafek ta' l-infern jewwilla!
"


Nibża' li għandi tendenzi omosesswali. Nibża' għax inkella ma nkunx nista' nitqarben peress li nkun marid.

Nibża' għax ħlomt b'Joseph Muscat. Bl-iżjed mexxej ta' partit gustuż li għandu l-pajjiż. Ħlomt li qal dawk is-sentenzi italiċi waqt li kien qiegħed fuq it-threadmill jindirizza lid-delegati. Il-mara bdiet tgħir u għamlet ġurnata ssaqsini min hija din Muscat u din Jason li jiena bdejt insemmi fil-ħolm. Għedtilha f'ġieh alla u joseph ibqa' sejjaħlu Joseph għax ikollna l-problemi.

Il-mara baqgħet tiffittani u xegħlitlha x-Xarabank. Kien hemm fuq sufan abjad mal-ħabib ġdid tiegħu Ġużeppi. Kemm jaf jitkellem Joseph. Kien hemm żagħżugħ qallu bil-ħniena biex iwarrab il-kmamar tan-nar minn maġenb l-iskejjel. Ġejt bejn ħaltejn minn kien il-mexxej żagħżugħ fosthom.

Joseph wieġbu tajjeb ħafna: qallu mhux tort tal-kmamar tan-nar li l-iskejjel qegħdin hemm. Kemm jaf iwieġeb Joseph. Min jaf kemm akkwista voti mid-dilettanti tal-festa u żied iżjed voti mill-ġenituri tat-tfal ta' l-iskola li jixtiequ jiddivorzjaw.

Imbagħad biex Joseph ma jitlifx voti kkundanna l-isparatura fuq kelb imma l-isparaturi fuq l-għasafar tajjeb għax delizzju. Il-mexxej il-ġdid tal-ġenerazzjoni l-ġdida. L-istaġun rebbieħ. L-għasafar tista' tisparalhom. Il-klieb le. Qisu ħażin jekk xi ħadd jisparalek f'sidrek imma tajjeb jekk joltqok fit-toqba ta' sormok.

Imbagħad Joseph kellu mument diffiċli ħafna quddiemu. Mistoqsija m'għand omosesswali mara jekk għandhomx dritt jiżżewġu. Joseph, ta' bniedem ġdid li jimxi maż-żmenijiet, kellu l-kuraġġ li jgħidilha li se jkollhom l-istess drittijiet bħall-aħwa li jgħixu fl-istess dar. Għandu raġun Joseph. Tgħidx kemm għandu aħwa fid-dar laburista li jagħtuh f'sorm xulxin biex jilħqu huma.

Joseph huwa l-futur tal-preżent. Jirnexxielu jammetti żbalji li ma eżistewx. Il-mexxej taċ-ċorma kbira laburista li baqgħet timxi warajh u tfaħħru wara li qallhom li l-partit tiegħu ilu jitnejjek bihom 10 snin. Imma issa Joseph urihom id-dawl lill-merħla għomja.

Tassew Joseph huwa raġel kbir. Bagħat ittra lil Bord tal-Viġilanza u talab li tintbgħat ittra lil dawk kollha li ġew imkeċċija mill-partit. Lino Spiteri rċieva wkoll l-ittra u fl-aħħar sentenza kellu miktub: "Naħfirlek għax kont taf x'inti tagħmel."

Joseph ma waqafx hemm. Ħatar lil sieħbu l-ġdid Peppi biex ikun fil-bord ta' l-etika tal-ġurnaliżmu tal-kamra ta' l-aħbarijiet ta' ONE. Qisu xtara condom lill-istupratur. Aħxi kemm trid imma almenu ttaqqalhiex.

Joseph Muscat huwa l-Albert Marshall il-gdid.

L-inbid qed isir ilma. Nirrepeti: l-inbid qed isir ilma.


Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Miraklu fit-Tmiem il-Mil", għafas hawn.

Sunday, 15 June 2008

L-eroj tal-klassi tal-ħaddiema


Click here for the English version

Jiena njorant. Jiena baħnan. Jiena għoxx. Jiena ras ta' żobb. Dawn huma l-messaġġi li nirċievi minn għand maġġoranza tal-messaġġi li jidħlu fil-posta. In-nejka hi li għandhom raġun. Nammetti. Ma nammettix biss dawk li jibgħatuli li jiena ikrah, oħxon u fartas.

Korrispondenza oħra ħajritni nagħmel PhD u saħansitra d-Dottorat. Biddilt fehmti għax tgħallimt li iżjed kemm taf u iżjed kemm tkun intelliġenti iżjed terdgħu. Ma hemmx għalfejn tkun intelliġenti biex tikseb Dottorat. Ħaxxej iva. Imma ħaxxej u mhux: bid-Dottorat tispiċċa terdgħu. Eżempju: il-mexxej ta' l-istaġun il-ġdid. Pjan ta' ħmistax –il sena ġo staġun ta' tliet xhur. Ma nafx liema staġun hu, probabbli xi Rebbiegħa oħra.

Joseph Muscat jixraqlu l-ewropew ta' l-istaġun għax apparti t-trattat ta' Lisbona, irnexxielu jgħatti l-futur tal-klassi tal-ħaddiema li hu llum stess jirrapreżenta direttament mit-taxxi tal-poplu minn Settembru u mit-tesserati minn Ġunju.

Kien fl-1919 fejn l-Organizazzjoni Internazzjonali tal-ħaddiema stabilixxa ħin massimu ta' kemm ħaddiem għandu jkollu l-katina fl-uffiċċju u fil-fabbrika: 48 siegħa fil-ġimgħa. Fit-tmiem tat-tieni gwerra dinjija, fil-pajjiżi kollha "tal-punent" il-ħin naqas għal 40 siegħa fil-ġimgħa bħall-attwalità. Franza biss hija l-eċċezzjoni, li fl-1997 naqset il-ħin tagħha għal 35 siegħa.

Hawn Malta id-dottorat ta' Harvard fis-soċjaliżmu kien qed jara kif isebbaħ il-Kottonera minn flok iġib il-ħaddiem bħal Franza biex ikollu l-ħin jaqra l-kotba tiegħu u forsi jiftaħ moħħu.

F'Malta qegħda sseħħ xi ħaġa straordinarja. Mhux biss li Dolores Cristina ndunat li s-suċċess fl-arti u fil-kultura m'għandhomx jiswew flus, mhux biss li Peppi Azzopardi se jkun fil-bord ta' l-etika tal-ġurnalisti ta' ONE, mhux biss li Jason Micallef se jerġa' jikkontesta għal Segretarju Ġenerali, imma wkoll li dawk id-drittijiet li nkisbu bi dritt qed jerġgħu jkunu fuq il-mejda tad-diskussjoni wkoll fl-Ewropa.

Fl-10 ta' Ġunju 2008, il-kummissjoni ewropa għamlet żjara fuq il-ħinjijiet tax-xogħol. Attwalment mhuwiex possibbli taħdem iżjed minn 48 siegħa fil-ġimgħa inkluż l-overtime apparti kategoriji ta' xogħol delikati. L-affari issa nbidlet. Inbidlet mhux bit-tnaqqis kif mistenni f'evoluzzjoni soċjali regolari imma biż-żjieda.

Jekk il-parlament ewropew jikkonferma din id-deċiżjoni meħuda mill-kummissjoni ewropea, in-nies mhux injoranti u mhux għoxux bħali, li jaħdmu f'oqsma meqjusa mportanti u delikati jistgħu jaħdmu b'mod legali bejn 60 u 65 siegħa fil-ġimgħa. 65 siegħa jekk ikollok professjoni iżjed delikata bħal tobba u gwardjani ta' bil-lejl.

L-injorant bħali jista' jissogra sa 48 siegħa u forsi jkollu ċ-ċans jibbloggja u jispara ċ-ċuċati u l-każijiet speċjali jkunu jistgħu jkomplu jaqraw biss minn fuq il-post tax-xogħol.

Il-proposta li taħdem iżjed minn 48 siegħa hija biss fuq bażi volontarja u ħielsa ta' l-individwu. Eżatt kif isir illum fuq l-overtime!

Il-gvern Spanjol huwa kontra din id-direttiva. Wara l-Irlanda, se jsalvawna Spanja? Għaliex ma jsalvanix Joseph?

L-epoka 1800 qegħda tħabbat il-bieb tal-Ħamrun. Joseph Muscat qal li kulħadd merħba fil-partit laburista sakemm ikollu t-twemmin soċjalista.

X'jaħseb Martin Schultz dwar din il-proposta?

Inħobbkom ħafna u ejja nħobbu lil xulxin. Nirrepeti: Inħobbkom ħafna u ejja nħobbu lil xulxin.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "L-eroj tal-klassi tal-ħaddiema", għafas hawn.

Monday, 7 April 2008

Miriana Coljero`

F’din l-iskeda ONE TV irnexxielu jagħmel tliet affarijiet tajbin: It-Teletubi sakemm ta’ ONE ħassru l-kurdiċella ta’ l-intervista tiegħi, il-kompliċita biex Sant jitlef l-elezzjoni u Mark Doneo.

L-assistent direttur tas-sensiela televiżiva Miriana Coljero` qażżiżni fuq il-Windows Live Messenger biex immur nara l-aħħar episodju fiċ-ċinema. Iva, qbadtuni. Jiena wkoll nuża Microsoft. Ma tistax tkun ateu sura quddiem dan il-monopolju kollu.

Fil-bidu ma ridtx immur għax ħlift li l-unika produzzjoni Maltija li nara tkun dik li turina x’hemm barra minn Malta.

Ftakart li fl-istess lejl li Miriana Coljero` kien se jintwera’ kien hemm Bondi+ jistieden lil Norman Lowell. Bejn fantaxjenza u oħra, għażilt li mmur iċ-ċinema nara Miriana.

Kulħadd pulit u eleganti, jiena mort bil-qmis u l-qalziet tas-soltu. Xtrajt Fanta u tawni Mirinda biex inżid iz-zokkor forsi xi darba jirnexxieli nieħu r-relief. Stagħġibt kif ma tawnix Krest minnflok.

Il-film kellu jibda fid-9.00p.m.u beda fid-9.30p.m. Kollox bil-kontra tan-nazzjonalisti jagħmlu l-labour. Tan-nazzjonalisti jibdew fil-ħin u ma jispiċċaw qatt u tal-labour ma jridu jibdew qatt.

Taċ-ċinema qalulna biex nitfu l-mobiles. Beda l-film. Ta’ maġenbi daqqulu l-mobiles. Kellu tnejn. Ċemplulu fl-istess ħin u t-tnejn irrispondihom fl-istess ħin. Kien qed jipprova jikkompeti ma’ Ira Losco.

Beda l-film. Sommarju ta’ x’ġara matul l-ewwel tnax il-episodju peress li l-politika ħarbtet l-iskeda tal-programmi, għal darb’oħra. L-istorja hija dwar fratellanza li ma jmutu qatt u li jibqgħu dejjem magħna. Probabbli Doneo ispira ruħu mill-amministrazzjoni laburista.

Dawn il-fratelli għandhom missjoni: jgħinu lil min hu fil-bżonn. Għandhom poter kbir imma jippreferu jżommu profil baxx. Għax jafu li l-akbar rebħa hija meta twassal il-messaġġ u tittieħed azzjoni fuq dak il-messaġġ. F’dan il-grupp ta’ fratelli, kien hemm ukoll il-klikek. Il-klikek il-ħżiena li jnawwru lill-partit. Skużawni: Il-fratellanza.

Dawn il-fratelli raw kif ħelsu minnhom. Daqqa ta’ xabla u ejja ħa mmorru. Fil-kwartieri mhijix daqsek sempliċi.

Sirt naf b’dan il-film mill-web-site ta’ ONE TV. L-aqwa stazzjon ta’ Malta biddlu l-promo fl-aħħar. Għamlu r-riklam ta’ Miriana. Irreklamaw lil Miriana fuq il-hi5. Ma rċivejtx karti fil-kaxxa tal-posta u fl-għatba tad-dar biex immur nara Miriana. Ma rajtx billboards f’nofs ta’ triq. Meta l-arti tkun taf tagħti parir lill-politika.

Ħallast 8 euros u kien hemm l-interruzzjoni pubbliċitarja. Ftit riklami. Ftit minuti. Il-film reġa’ beda. Ejja qegħdin niċċaqilqu: inħallas prezz biex nara l-film flok ħafna riklami. Jiena nħallsek u inti ttini s-servizz. Ma hemmx bżonn tat-tielet wieħed taħt is-sodda.

It-tieni parti tal-film huwa spettaklu. Mill-bidu sa l-aħħar. Kważi kull ġibda hija artifiċjali. Stil Oliver Stone f’U-turn. Kollox artifiċjali: bħal labour. Doneo huwa laburist ta’ vera. Meta l-arti hija l-mera tal-ħajja u l-politika tal-ħarja.

Fl-iskeda li għaddiet l-istazzjon waqqaf il-Miriana biex nisimgħu il-wegħdi ta’ Fredu. Il-wegħda li Miriana jidher kull nhar ta’ Tnejn ma ġietx imwettqa’. Kif ridtu jirbaħ il-kredibbiltà l-labour?

Xeni u ġbid mill-isbaħ. Ma tindunax li għamilhom Malti jieħu paċenzja bil-partit. Kieku ġiet Daphne kienet tgħid: ma tindunax li għamilhom laburist innuklat imġiddem li jħobb jiekol mat-tiġieġ.

Ideat kbar ta’ kreattività, immaġinazzjoni u direzzjoni dettaljata. Kieku ħallew il-manifest elettorali f’idejn Doneo, mal-ewwel kien jinduna li l-inċeneratur t’Għawdex huwa mitfi.

L-ewwel darba f’ħajti li ħadt gost li investejt nofs ġurnata paga fi produzzjoni Maltija.

It-tmiem ukoll iħallik tistenna u tistaqsi u titgħarbel, imwaħħal mas-siġġu u tgħid: “Imma x’iż-żobb ġara?” Eżatt bħal labour.

Ankè fit-tmiem. Il-bar kien magħluq. Kollox eżatt bħal labour.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Miriana Coljero`", għafas hawn.

Sunday, 6 April 2008

Storja ta’ libertà ta’ l-espressjoni – Atto Secondo

”Qatt offrewlek sess online?
Ic-chatting huwa kawża ta’ relazzjonijiet rovinati?
Nafu fuq liema web-sites uliedna qed jidħlu?
X’taħseb fuq web-sites soċjali li jlaqqgħu n-nies?”

- Xarabank – 11 ta’ April 2008

X’taħsbu biex tibdew tagħmlu xogħolkom ta’ ġurnalisti u taraw x’inhu tassew l-internet?

Xarabank jiftaħ web-site b’forma ta’ forum fl-2002. Jagħlqu ftit snin wara għax kien hemm ħafna nies li qed jitkellmu b’mod liberu. Dawn in-nies laħħqu ffurmaw komunità u ħbiberija. Xarabank tahom tliet ijiem biex idabbru rashom u jfittxu x’imkien ieħor. Dawn l-istess nies, wara ħafna dwejjaq tekniċi, kreaw forum ġdid għal rashom: x.com.mt .

Fl-2008, Xarabank jiddedika programm televiżiv dwar l-internet. Fl-2008, Xarabank jiftaħ forum ġdid. Forum bil-kulur iswed: luttu ta’ l-informazzjoni. Jew kif jgħid Peppi: il-kulur tal-faxxiżmu.

Xarabank juru li mill-internet għadhom ma fehmu assolutament xejn. L-internet huwa biss aċċelerazzjoni ta’ dak li fil-ħajja jiġri soċjalment. Fejn qabel kont iddum lejl iddur mal-Gżira biex tmur ma’ qaħba, bis-saħħa ta’ l-internet jirnexxielek tinnegozja f’ħames minuti. Fejn qabel il-koppja kienet tissepara wara ħames snin, illum tissepara wara ħames xhur. Fejn qabel it-tfal kien ikollhom lezzjonijiet sesswali kif jirnexxielhom ifallu ż-żwieġ tagħhom illum hemm il-web-site tal-partit laburista.

Tinvestiga chat bejn raġel sħun u tfajla ta’ 14-il sena qisek qiegħed tinvestiga l-prostituzzjoni f’Testaferrata.

L-internet evolva. Wieħed mill-ħames inventuri JCR Licklider huwa irrabbjat ħafna. Għax għalih l-internet tilef l-iskop. L-internet mhuwiex biex ticchattja u biex tara t-televiżjoni fuqu u biex tesprimi ruħek, spjega Licklider.

Imma din l-evoluzzjoni Tibetjana fil-ġurnaliżmu dinji ġagħlet tidgħi lil Licklider mhux ħażin. U Malta m’aħniex neqsin.

L-internet evolva ħieles. Il-ġurnalisti evolvew skjavi tal-kummerċ.

Waħda mill-liġijiet ta’ l-internet hija t-trasparenza. Ma tista’ taħbi xejn fl-internet u ma tistax tigdeb. L-internet se jkun it-tmiem tal-politiċi li jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra.

L-informazzjoni hija bbażata fuq il-fiduċja. Min m’għandux fama tajba bħal ċerti ġurnalisti jista’ jgħid li jrid: mhux se jiġi emmnut. Jista’ jikteb li jrid u jgħid li jrid. Jista’ juża gazzetti, televisions imma mhux se jiġi emmnut.

Jista’ jkun prim ministru u jiftaħ blog mal-mara tiegħu u ma jħallux lin-nies jgħaddu l-kummenti tagħhhom, jista’ jkun qassis li jiftaħ blog taħt gazzetta indipendentement nazzjonalista, tista’ tkun kolumnista: inutli.

L-internet mhumiex il-gazzetti u l-cameras tat-television li jagħtu kredibilità u fama lil min ma jixraqlux għall-iskopijiet ekonomiċi tagħhom. In-nies ta’ l-internet: m’humiex tan-nejk.

Dak li jiġi diskuss attwalment fuq Xarabank ikun ilu li ġie diskuss u arkivjat fuq l-internet ġimgħa qabel. Bil-programmi li jinħlew fuq sess, min hu l-giddieb?, euro quizzes, u kemm tqaxxar il-paċċu Britney Spears, id-diskussjonijiet serji saru jsiru fuq l-internet biss.

Bil-fetħa tal-forum il-ġdid, Xarabank għandhom jieħdu eżempju mill-knisja u minn nazzjonalisti f’kull kampanja elettorali: u jitolbu apoloġija.

Fil-programm, se jkun hemm ukoll l-ispettur tas-Cyber Crime Unit. Dak il-unit li malli tgħid xi ħaġa fuq l-internet li ma ddoqqx fil-widnejn u fl-għajnejn, jarrestalek il-computer għal iżjed minn sena sas-sentenza.

Inħeġġeġ in-nies jaraw il-programm ta’ Xarabank li se jbeżża’ lin-nies mill-internet. L-aħħar darba li beżżgħu n-nies kien fuq Paceville, u smajt li n-negozju żdied mhux ħażin.

Kieku Xarabank u l-ġurnalisti jagħmlu xogħolhom: il-blog tiegħi ma jeżistix.

Lili ġieli offrewli sess online. Gidba jew le? Tkunu tafu fuq Xarabank ta’ l-iskeda li jmiss.

mill-arkivji:
Storja ta’ libertà ta’ l-espressjoni – Atto Primo
Il-Blogosfera Maltija

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Storja ta’ libertà ta’ l-espressjoni – Atto Secondo", għafas hawn.

Sunday, 23 March 2008

Il-linja tad-dell

Joseph Conrad, kittieb Pollak, ħalla ħafna opri letterarji warajh. Waħda minnhom kien jisimha: The Shadow Line li kienet tirrakkonta il-mixja diffiċli għall-età adulta tal-protagonista, li sab ruħu jikkmanda bastiment f’atmosfera diffiċli ħafna; il-ħruġ mill-emerġenza wara ħafna tibdiliet titqabbel mal-mixja bejn il-linja tad-dell li tissepara ż-żgħożija mill-maturità.

F’dawn iż-żmenijiet għaddejin mal-linja analoga ta’ dell kemm personali u kemm sistematiku li se ttemm l-adoloxxenza mingħajr tmiem li tikkaratterizza l-imġieba tagħna soċjali.

Ma nistgħux nibqgħu nikbru iżjed bħala soċjetà mingħajr ma jimpurtana mill-futur biex inkomplu nevolvu u nimxu l-quddiem.

Din l-evoluzzjoni tbeżża’ lill-politiċi u lill-maġġoranza tal-poplu. Jekk il-mixja tal-linja tad-dell hija xi ħaġa normali fil-ħajja tal-persuni ndividwali għandha tkun hekk ukoll fil-ħajja tas-soċjetà magħmula appunti mill-persuni.

Il-punt tal-problema hija fl-għażż ta’ l-ammissjoni li żmien in-nejk u żmien il-mass meetings u l-hornijiet spiċċa u jibda dak tar-responsabbiltà lejna nfusna, lejn is-soċjetà, lejn il-biosfera, lejn kollox. Wara li ħlejna il-wirt kollu tal-pjaneta issa jmiss li nxammru l-kmiem u nibdew naħdmu bis-serjetà.

Naħdmu bis-serjetà tfisser ukoll li l-parlament elett imħallas mill-poplu jingħaqad u jibda jagħmel xi ħaġa. Almenu għalissa jibdew jiltaqgħu u jparlaw fuq Magic Radio fuq iċ-ċuċati imma almenu jkunu qed jagħmlu xi ħaġa.

Il-gvern Malti ma jaħsibix bħali f’dan ir-rigward. L-oppożizzjoni, dik imħallsa mill-poplu, tibda taħseb bħali meta n-nies jibdew jaħsbu bħali. Il-gvern Malti għadu bl-istess sistema ta’ trasport pubbliku u bl-intenzjoni li jibqa’ jibgħat il-kontijiet tad-dawl b’rati għoljin.

Dana kollu biex inżommu ma’ l-ekonomija dinjija u nassiguraw li din l-ekonomija tibqa’ tissaħħaħ kif tridna l-Arabja Sawdita li hija l-ikbar esportatur taż-żejt fid-dinja.

Jiena kont naħseb li l-ekonomija dinjija hija magħmula minn nies. In-nies mhux ilaħħqu mal-ħajja. Din x’ekonomija hi?

Din il-bidla tal-linja tad-dell qegħda tiġi ostakolata mill-politiċi li jriduna nibqgħu fi stat ta’ żgħożija. Dnub li ma nistgħux nieħdu pjaċir magħhom f’din il-fażi adoloxxenzjali.

Misshom jibdew isifruna magħhom u jtellgħuna fil-karozzi l-bluni.

Is-sogru tal-ġenjalità u tal-kurżita biss jistgħu jwassluna għall-evoluzzjoni.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Il-linja tad-dell", għafas hawn.

Saturday, 22 March 2008

Addolarata Mediterranja

Il-passat tagħna huwa mpoġġi għad-diskussjoni. Il-piramidi m’għadhomx Eġizzjani imma mill-aljeni, l-evoluzzjoni saret kreazzjoni, li dan jikkonferma li d-dinja ġiet maħluqa 6,000 sena ilu. Jum il-milied m’għadhiex id-data storika tat-twelid ta’ Kristu, imma l-festa dedikata lil Alla tax-Xemx. It-temp qed jiġġennen u l-bniedem ukoll. Il-partnership for peace kienet diżattivata u issa ġiet attivata.

Dan il-pajjiż hija sensiela televiżiva mifqugħa bir-riklami fejn il-profitt jeħduh il-produtturi u mhux l-atturi.

Il-partnership for peace ma kinitx imniżżla fil-manifest elettorali tal-partit nazzjonalista. Il-wegħda li malli Malta tidħol fl-unjoni ewropea minn Fenech Adami u minn ġurnalisti newtrali, kienet li ż-żgħażagħ Maltin se jkunu jistgħu jaħdmu madwar l-ewropa. L-ewropa saħħet din il-wegħda u kompliet testendi. Iż-żgħażagħ tagħna se jkunu jistgħu wkoll jaħdmu fl-Iran u fl-Afghanistan u jekk joqogħdu bil-għaqal jistgħu jmorru sar-Russja jixtru ftit gass bl-irħis.

Malta ma daħletx id-divorzju imma daħlet il-partnership for peace. Il-kleru li ħeġġeġ lill-insara joħorġu jivvutaw, mhux qegħda tlissen kelma. Titkellem kontra l-abort probabilment biex is-suldati jmutu fil-gwerra flok fil-ġuf.

Il-proġett tal-partnership for peace huwa tan- NATO, North Atlantic Treaty Organisation. Ġiet maħluqa fl-1949 għad-difiża kontra attakk sovjetiku fl-Ewropa. B’hekk kellha tieqaf teżisti fl-1991 meta l-unjoni sovjetika u l-patt ta’ Varasavia ma baqgħux jeżistu u n-NATO ġiet mistiedna biex tagħmel l-istess.

In-NATO saret ukoll biex tippromwovi l-awtorità amerikana biex iwaqqfu n-nazzjonijiet ewropej milli jkollhom politika barranija indipendenti. Fl-2004 l-ambaxxatur USA għan-NATO, Nicholas Burns qal: “L-ewropej m’għandhomx jikkreaw Ewropa magħquda b’kompetizzjoni u piż għall-Amerika.”

F’dawn l-aħħar snin il-membri kollha tal-partnership for peace intbgħatu l-Iraq jew fl-Afghanistan jew fl-ex-Yugoslavia biex ibiddlu l-okkupazzjoni ta’ l-amerikani. L-Iżrael kellha wkoll laqgħat man-NATO biex jipproteġu pajjiżhom. L-Indja wkoll qegħda titħajjar mhux ħażin.

Il-lista tkompli tiela’ bil-mod il-mod u l-alleanza tikber b’konferenzi internazzjonali taħt l-ismijiet “Inizjattiva ta’ Koperazzjoni ta’ Istanbul” u “Djalogu Mediterranju”: Alġerija, Eġittu, Iżrael, Ġordan, Mauritania, Marokk, Tuneż u Malta.

B’din l-allenza il-gvern Malti qiegħed jaħseb li se jkollu appoġġ ekonomiku. Ekonomija bi tpartit tal-ħajja umana.

Il-vot tat-8 ta’ Marzu 2008 ġie estiż ukoll għall-forza militari ma’ dawk tal-bankiera, gruppi farmaċewtiċi u kuntratturi.

Għaddejin programmi ġurnalistiċi fuq il-kmamar tan-nar imma fuq il-gwerra ma hemmx diskussjoni.

Jiena nisimpatizza ma’ Jeffrey Pullicino Orlando li ried jeqred il-Mistra. Il-kap tiegħu qed jagħmel alleanzi ma’ min qered u jrid ikompli jeqred id-dinja.

mill-arkivji:
Erodi Gonzi

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Addolarata Mediterranja", għafas hawn.

Friday, 21 March 2008

Kwo Vadis?

Ġesù huwa Alla. Bħala Alla seta' jara l-futur. L-Anġlu Gabrijel li ltaqa' ma' ommu qabel ma' twieled, iddeċieda li jmur jarah ftit biex javżah x'se jiġri fil-futur il-bogħod.

Kollox aċċetta Ġesù. Aċċetta lil Bush. Lil Saddam. Lil Bin Laden. Lil Lee Harvey Oswald. Lil Żeppi l-Ħafi jerfa' lil Eddie Fenech Adami. Li ġismu jsir kartapesta. Imma wara li l-Anġlu għaddielu l-fuljett tal-Malta Diocese li qassmu fil-knejjes qabel l-elezzjoni ġenerali bil-kliem: "Bħala Nisrani: Irrifletti u Ivvota," iddeċieda li jħallina waħidna ngħumu f'dan il-baħar ċar u nadif.

L-Anġlu Gabrijel prova jikkonvinċi lill-Messija li dak seta' kien missprint, peress li kienet se tkun moda sew dak iż-żmien imma Hu ma riedx jaf: ried idabbar rasu. U hekk kien, u hekk ikun.

Mar fl-ort tal-Ġetsemani, ġnien mill-isbaħ. Ġie Anġlu ieħor u minħabba li ma kienx hemm il-whistleblower act, dan id-diskors ma setax jiġi identifikat. Imma skond il-vanġelu ta' xi ħadd, id-diskors kien li Ġesù lest li jċedi l-art tal-Ġetsemani għall-diskoteka bl-isem ta' Jazzemani, basta ma joħroġx dak il-fuljett f'ismu. L-Anġlu irrifjuta għax kellu talba mill-futur minn għand Sant biex jirbaħ l-elezzjoni. Ġesù wieġbu li kollox jirnexxielu jagħmel: iżid il-kilogrammi tal-ħut, ifejjaq il-morda, imexxi z-zopp, il-prostituti jġibhom jużawh għall-bewl biss imma qatt ma seta' jkun li Sant jirbaħ l-elezzjoni ġenerali 2008.

L-Anġlu ma setax jaċċetta. Dak il-fuljett kellu bżonn joħroġ. Għax minn naħa l-oħra kellu talba oħra mill-futur minn naħa tar-raġel ta' Daphne.

L-Anġlu ried iżomm il-bilanċ u ried ikun ġust. Is-Salvatur qatt ma ried li jkollu x'jaqsam mal-voti lejn il-kuntratturi, gruppi farmaċewtiċi u bankiera. Ipprefera jmut. U hekk għamel.

It-teoloġi m'għandhomx ħafna f'hiex jitfixklu biex ifissru: "Eli, Eli għaliex abbandunajtni?!"

Tliet ijiem wara San Pietru mar iqajjmu. Ġesù qallu li għalxejn mar iqajjmu għax ma jistax jifforma l-mejda ta' l-appostli mill-bidu peress li hu kien ċaħdu tliet darbiet. Għalxejn Pietru prova jfehmu li n-nies xorta jriduh jibqa' fil-mejda, l-Għalliem ma riedux 'l hemm u qallu li Ġuda kien nies għax almenu ammetta u rriżenja.

Pietru qallu li Ġuda ma rriżenjax imma sempliċiment ma ġiex elett. B'hekk il-Messija ddeċieda li jagħmel lil Ġuda president tal-mejda wara li missieru putattiv Ġużeppi jispiċċalu ż-żmien tiegħu.

Ftit wara ltaqa' ma' San Tumas. San Tumas ma riedx jemmen li għal darb'oħra il-Bin il-Bniedem reġa' rebaħ u din id-darba fuq il-mewt. Ġesù qal li żewġ persuni biss setgħu jagħmlu dan: Hu u Richard Cachia Caruana.

Wara ftit jiltaqa' ma' Ommu u tgħidlu li kienet mgħaġġla għax inzertat kellha appuntament ma' Anġelik u saqsietu jekk kienx fadallu xi ostji fil-but biex ikun tista' ttihomlu meta jkollu jdejh magħluqa.

Ftit ħin wara ir-Re tar-Rejiet laqqa' lill-kumitat appostoliku u qallhom li ma kellux x'joqgħod jagħmel hemm iżjed. It-tagħlim tiegħu laħaq it-tmiem tiegħu la jidher li mhux se jkun hemm klassijiet tar-ripetizzjoni, b'hekk iddeċieda li jmur lura għand il-Missier naturali u jipprova jieħu permess mill-knisja biex ifittex fl-arkivji u jara min Hu.

Wara diversi snin, il-knisja tatu l-permess u bil-ferħ tela' s-sema u ltaqa' ma' Missieru. Missieru għamilielu ċara li kull ħames snin irid imur lura lejn pajjiżu u jwettaq id-dmir tiegħu ta' nisrani.

It-Tieni Misteru tat-Trinità sabbat saqajh u ma riedx imur jivvota, għax skond hu, dak li hu ta' Ċesare huwa ta' Ċesare. B'hekk Missieru keċċih mid-dar u reġa' daħħal lil Adam, probabilment iben il-ħali, u is-Salvatur spiċċa barra mitluf u mill-Messija ħa l-fama ta' Immigrant Illegali.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Kwo Vadis?", għafas hawn.

Thursday, 20 March 2008

Sess u petr ’n’oil

Kelli Still: l-isbaħ mara li hemm fl-Amerika. Toffri ġisimha biex timla’ t-tank tal-petrol wara li jimtela’ t-tank tagħha bis-sess orali.

L-aħħar transazzjoni ma marritx tajjeb u hi spiċċat il-ħabs u l-voluntier spiċċa l-isptar. Biex Malta tevita inċidenti l-gvern jinża’ l-qalziet u jieħu l-flus il-klijent flok l-impjegat.

Fil-pajjiż tal-petrol b’4 dollari l-gallun, in-nies saru jitqaħħbu.

F’Malta m’hawnx nisa li jitqaħħbu biex iħallsu l-petrol imma jitqaħħbu biex ikunu jistgħu jħallsu s-surcharge.

F’Malta biex tħallas għas-sess orali trid tkun ċert li għandek il-petrol minn qabel biex tkun tista’ taħrab jekk tinzerta xi pimp selvaġġ jew indunajt li l-mara tiegħek kienet qegħda ssus warajk.

Malta hija waħda mill-klijenti ta’ l-imperu li jqaħħab il-petrol. X’se jiġri mill-klijenti ta’ l-imperu meta kollox se jikkrolla?

Gonzi nkwetat għal mewt fuq li uliedu jistgħu jibdew jitqaħħbu biex jimlew it-tank, mar fuq il-muntanja Magħtab għal 40 minuta fejn hemmhekk pjanta friska tossika ħadet in-nar u bdiet tkellmu u qaltlu biex jikteb dawn l-għaxar regoli biex pajjiżu ma jispiċċax bħal din Kelli Still u ż-Żimbabwe.

10. Sib xogħol part-time u iftaħ kont ma' tal-petrol flok mal-bank u għamel li l-paga tmur direttament hemmhekk.

9. Trikkibx qħab fil-karozza. Mur mal-qħab li għandhom l-appartament.

8. Israq il-karozza tal-ġar tiegħek wara li jkun mela t-tank.

7. Fit-traffic lights ibqa' għaddej bl-aħmar u tiqafx meta xi ħadd jaqsam minn fuq iż-zebra crossing ħalli ma taħlix meta tkun wieqaf.

6. Emigra fl-Arabja Sawdita fejn il-petrol jiswa' 22 ċenteżmi l-litru jew fil-Venezuela fejn jiswa 3.

5. Għamel assigurazzjoni għad-dar u aħraq kull ma hemm u waħħal fl-elettriku u reddgħu l-EneMalta.

4. Biegħ kilwa.

3. Oħroġ għall-elezzjoni, itla' fil-parlament ħalli l-petrol iħallasulek il-poplu.

2. Ieqaf iekol.

1. Biegħ il-karozza.


Wara li Gonzi niżel mill-muntanja Magħtab tgħidx kemm beda jidgħi għax il-poplu beda jadura l-għoġol il-ġdid bit-tabella: JOHNNY DALLI - L-enerġija alternattiva.


Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Sess u petr ’n’oil", għafas hawn.